Mixodectidae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Mixodectidae hija familja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent ta' l-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' 3 familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja ta' l-ordni Plesiadapiformes), li huma Cynocephalidae, Plagiomenidae u Thylacaeluridae.
Il-familja Mixodectidae hija familja żgħira (għalkemm mhux l-iżgħar) u tiġbor fiha 2 ġeneri (sa ftit żmien ilu kien inkluż il-ġeneru Remiculus bl-ispeċi Remiculus deutschi ukoll sakemm dan ġie ri-ikklassifikat f' familja oħra) Dracontolestes bi speċi waħda estinta u Mixodectes b'2 speċi estinti.
Il-membri ta' din il-familja tal-Palejoċen kienu mifruxa fil-kontinent ta'l-Amerika ta'fuq ma' bosta stati ta' l-iStati Uniti, bħal Messiku l-Ġdid, Teksas, Utaħ u Wajoming.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Kolugo u Dermoptera)
[editja] Lista ta' l-ispeċi fil-familja Mixodectidae
- Familja Mixodectidae
- Ġeneru Dracontolestes (Gazin,1941)
- Dracontolestes aphantus (Gazin,1941)
- Ġeneru Mixodectes (Cope,1883)
- Mixodectes malaris (Cope,1883)
- Mixodectes pungens (Cope,1883)
- Ġeneru Dracontolestes (Gazin,1941)
[editja] Referenzi
- Tassonomija tal-Mammiferi.
- The Taxonomicon sit b' informazzjoni dwar is-Siġra Tassonomika u l-familja Mixodectidae.