Mukivoru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Mukivoru (mil-Latin "mucus" - muki li tfisser likwidi tal-pjanti u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal, b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament minn sustanzi organiċi bħal muku ("mucus") u linfa jew likwidi tal-pjanti ("sap").Mukivoru huwa annimal, ġeneralment speċi ta' insett erbivoru, b' dieta speċjalizzata.
Werrej |
[editja] Karatteristiċi Fisiċi
L-insetti fis-sottordni Auchenorrhyncha li jagħmlu parti mill-ordni Hemiptera għandhom ħalq modofikat u jirrifletti d-dieta speċjalizzata tagħhom. Minnbarra l-pompa u l-muskoli li jaħdmu flimkien u li huma essenzjali biex jiġbdu l-ikel, għandhom parti li tissejjaħ ir-"rostrum" jew "labium" u din hija l-parti biex itaqbu ġewwa l-pjanta, li mingħajra ma jkunux jisgħtu jilħqu it-tubi minn fejn ikunu għaddejjin il-likwidi jew il-linfa tal-pjanta.
[editja] Eżempji ta' Annimali Mukivori
- Insetti: ħafna speċi ta' insetti membri tal-ordni Hemiptera, u l-ispeċi kollha tas-sottordni Auchenorrhyncha li huma maqsumi f' 4 superfamilji (Cicadoidea, Cercopoidea, Membracoidea u Fulgoroidea.
[editja] Ara Ukoll
[editja] Referenzi
- Bugs of the World ta' McGavin, George C.; Preston-Mafham, Ken (Pht) ISBN 0713727861.
- Informazjoni dwar il-grupp ta' insetti Hemiptera u l-abitudni ta' nutrizjoni Mukivora