Erbivoru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Erbivoru (mil-Latin "herba" - erbi- li tfisser ħaxix u "vorare" - -voru li tfisser tibla u taħtaf l-ikel) ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe organiżmu li jiekol pjanti biss.
B' din id-definizjoni, ħafna, fungi, uħud mil-batteri, ħafna annimali, madwar 1% tal-pjanti bil-fjuri u ftit protisti jistgħu jiġu kkunsidrati bħala Erbivori. Ħafna nies jagħmlu użu ta' dan it-terminu biex jidderkrivu l-annimali biss. Fungi, batteri u protisti li jikkunsmaw pjanti ħajjin ħafna drabi jissejħu bit-terminu ta' patoġeni tal-pjanti. Mikrobi li jikkunsmaw pjanti mejtin jissejħu saprotrofi. Pjanti tal-fjuri li jakkwistaw in-nutrizjoni minn pjanti oħrajn ħajjin, normalment jissejħu pjanti parasiti.
Fiż-żooloġija, Erbivoru huwa annimal li huwa addattat b' tali mod li jiekol primarjament pjanti (minflok il-laħam). Dawn it-tipi ta' annimali xi kultant jissejħu bit-terminu veġetarjani, għalkemm ħafna drabi din il-kelma tiġi użata biex tiddeskrivi bniedem li jagħżel li ma' jiekolx laħam, bl' oppost ta' l-annimali li ma' għandhomx il-kapaċita biex jieħdu tali deċiżjoni.
L-Erbivori jistgħu jiġu klassifikati u jinqassmu f' sottogruppi varji, bħala fruġivori, li jieklu primarjament frott; folivori, li jispeċjalizzaw billi jieklu weraq; nettarivori, li jikkunsmaw in-nettari tal-fjuri, (sustanza likwida ħelwa ħafna); fost l-insetti u l-artropodi erbivori, l-livell ta' speċjalizzazjoni jista jiġi rrfinut aktar u jinkludi l-wikkiela taż-żrieragħ granivori, l-wikkiela tal-pollini pollinivori, il-konsumaturi tal-likwidi tal-pjanti mukivori) u dawk speċjalizzati biex jieklu l-injam ksilofaġi ("xylophagy") jew għeruq "riżofaġi ("rhizophagy").
F' annimali oħra, l-grad ta' speċjalizzazjoni mhuiex daqshekk avvanzat, u ħafna annimali li jieklu il-frott u l-weraq jieklu partijiet oħra mil-pjanti, ħafna drabi l-għeruq u ż-żrieragħ. Id-dieta ta' uħud mil-erbivori tvarja minn staġun għal ieħor, speċjalment f' żoni temperati, fejn partijiet differenti tal-pjanti jkunu disponibli fi żminijiet differenti matul is-sena.
L-Erbivori jiffurmaw link jew ħolqa mportanti fil-katina ta' l-ikel, għax dawn jaqilbu jew jittrasformaw l-enerġija tax-xemx maħżuna fil-pjanti, f' ikel li jista jiġi kkunsmat mil-karnivori u l-omnivori. L-Erbivori għalhekk fil-katina ta' l-ikel jiġu nndirizzati bħala konsumaturi primarji.
[editja] Ara Ukoll
[editja] Referenzi
- Burton, N. H. K. (2002). Red Grouse chick eaten by sheep. Brit. Birds 95: 87.
- Furness, R. W. (1988). The predation of tern chicks by sheep. Bird Study 35: 199-202.
[editja] Link Esterni
- Definizjni ta' Erbivoru fuq il-Web [1]
- Difiżi Erbivori ta' Senecio viscusus
- Difiżi Erbivori f' Lindera benzoin