Pika tal-isteppe
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Pika tal-isteppe |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Ochotona pusilla Pallas, 1769 |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Pika tal-isteppe (Ochotona pusilla) hija speċi ta' mammiferu plaċentat, erbivoru, tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppe li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika tal-isteppe hija speċi pjutost unika fost il-piki, din l-ispeċi partikolari hija notturna jew attiva ħafna bil-lejl u l-komunikazjoni vokali ssir minn inżul ix-xemx sa wara fit-tard bil-lejl. Il-Pika tal-isteppe tħobb tħaffer il-bejta taħt l-art f'ħamrijja umda f'ambjent b'ħafna veġetazjoni u siġar żgħar. Din l-ispeċi qegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda fi stat "Vulnerabli" ("Vulnerabile"), dan minn ħabba li l-popolazjoni naqsed drastikament fi żmienijiet reċenti kemm fin-numru u d-densita, kif ukoll fil-firxa u d-distribuzjoni.
Werrej |
[editja] Riproduzjoni
Il-Pika tal-isteppe tirripproduċi billi twelled boton ta' minn 1 sa 13-il żarmuġ kull darba. In-nisa jimmaturaw sesswalment fir-4 jew il-5 ġimgħa ta' ħajja waqt li l-irġiel irid ikollhom minn ta' l-inqas sena.
[editja] Distribuzjoni
Din hija speċi mifruxa minn naħa ta' fuq tax-xmara Volga sa n-Nofs in-nhar tal-muntanji Ural minn Nofs in-nhar għal-Lvant mal-fruntiera taċ-Ċina, Kazakistan u Russja.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Pika tal-isteppe, Ochotona pusilla
- Sottospeċi
- Ochotona pusilla aktogaiensis (Savinov, 1981)
- Ochotona pusilla angustifrons (Argyropulo, 1932)
- Ochotona pusilla occidentalis (Chaline & Erbajeva & Montuire, 2001)
- Ochotona pusilla pusilla (Pallas, 1769)
- Ochotona pusilla spelea (Owen, 1846)
- Pika tal-isteppe, Ochotona pusilla
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pusilla. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.