Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Repubblika Ċeka
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Iċ-Ċeki ilhom fix-xena tal-futbol internazzjonali mill-1903 fejn fil-5 t'April ta' dik is-sena lagħbu kontra l-Ungerija u l-logħba spiċċat bl-Ungerija minn fuq. Dak iż-żmien li lagħbu l-ewwel logħba r-Repubblika Ċeka kienet magħrufha bħala Bohemia, allura nistgħu inqisu li l-ewwel logħba bl-isem Repubblika Ċeka kienet dik tat-23 ta' Frar 1994 kontra t-Turkija fejn din id-darba ċ-Ċeki rebħu (Turkija 1 - 4 Repubblika Ċeka). Ftit wara li bdew jilagħbu bl-isem ta' Repubblika Ċeka sofrew l-agħar telfa li qatt kellhom. Din saret kontra t-tim Svizzeru fl-20 t'April 1994 (Svizzera 3 - 0 Repubblika Ċeka). U riċentament rebħu żewġ logħbiet bl-aqwa skor li qatt gawdew fl-4 ta' Ġunju 2005 kontra Andorra (Repubblika Ċeka 8 - 1 Andorra) u fis-7 t'Ottubru 2006 kontra San Marino (Repubblika Ċeka 7 - 0 San Marino), l-aħħar waħda seħħet fil-kwalifikazzjoniet għall-European Championship tal-2008.
Fit-Tazza tad-Dinja s'issa daħlu darba biss, fl-2006 u telqu lejn id-dar wara tmiem il-partita li kellhom fl-ewwel round. Iżda fil-European Championship daħlu iżjed minn darba fil-fatt daħlu fl-1996 fejn spiċċaw it-tieni post, fis-sena 2000 u fl-2004.
Assoċjazzjoni: Ceskomoravsky fotbalovy svaz
Il-Kowċ Attwali: Karel Bruckner (2002- )
It-Top Scorer: Jan Koller (b'43 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: CZE
Ir-Ranking tal-FIFA: 8 post
L-Aħjar Ranking: 7 post (il-post attwali)
L-Agħar Ranking: 67 post (Settembru ta' l-1999)
Ir-Ranking tal-Elo: 11