OFC
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Oceania Football Confederation | |
Fundazzjoni | 15 ta' Novembru 1966 |
Tip | Organizzazzjoni Sportiva |
Kwartieri Ġenerali | Auckland, New Zealand |
Membri | 11-il assoċazzjoni nazzjonali |
President | Reynald Temarii |
Sit Elettroniku | www.oceaniafootball.com |
L-Assoċċazzjoni tal-Futbol Oċeanika (Oceania Football Confederation), magħrufa aħjar bħala l-OFC hi waħda mis-sitt żoni kontinentali tal-futbol internazzjonali. Din il-federazzjoni tippomovi din il-logħba fl-Oċeanja u tiggwida lill-membri tagħha għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Mis-sitt konfederazzjonijiet, l-OFC hi l-iżgħar u l-inqas kompetittiva. Hi magħmula minn pajjiżi żgħar u gżejjer fqar, fejn il-logħba tal-futbol mhijiex l-isport l-iktar popolari. Din l-assoċazzjoni għandha ftit influwenza fuq il-futbol globali, kemm fil-kompetizzjonijiet li tospita kif ukoll fil-kwalità tal-plejers. Fl-2006, it-tim l-iktar kbir u bl-aktar suċċessi fil-federazzjoni, l-Awstralja, ittrasferixxiet ruħha fiż-Żona Ażjatika (AFC), biex ħalliet lin-New Zealand bħala l-aktar prominenti fl-OFC.
Werrej |
[editja] Storja
Il-konfederazzjoni ġiet iffurmata fl-1966. Il-membri fundaturi kienu l-Awstralja, New Zealand u l-Fiji. Fl-1996 l-OFC kienet ikkonfermata bħala konfederazzjoni u ngħatat post fit-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, il-federazzjoni ħarġet l-emblema l-ġdida u l-magażin uffiċċjali ntitulat "The Wave". Fl-24 ta' Mejju 2004, New Caledonia saret it-tnax-il membru ta' l-OFC. Fl-1 ta' Jannar 2006, l-Awstralja nqatet mill-federazzjoni biex ingħaqdet maż-Żona Ażjatika.
[editja] Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja
Oċeanja bagħtet repreżentattivi għat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet: l-Awstralja fl-1974 u l-2006, u n-New Zealand fl-1982. Madanakollu, l-Awstralja ma kinitx membru tal-konfederazzjoni fl-1974 wara li rtirat biex b'hekk tidħol fil-konfederazzjoni taż-Żona Ażjatika. Reġgħet ingħaqdet ma' l-OFC fl-1978. La l-Awstralja fl-1974 u lanqas in-New Zealand fl-1982 ma kkwalifikaw mill-ewwel fażi. L-Awstralja fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja rnexxiela tikkwalfika għat-tieni fażi imma spiċċat eliminata mill-Italja. L-OFC hi l-unika konfederazzjoni li ma għandhiex post garantit fit-Tazza tad-Dinja (raġuni prinċipali għaliex l-Awstralja ttrasferrixxiet għall-konfederazzjoni Ażjatika). Bejn l-1966 u l-1982, it-timijiet ta' l-OFC ingħaqdu maż-Żona Ażjatika għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonat. Mill-1986, ir-rebbieħa taż-Żona Oċeanika jaffrontaw il-play-offs interkontinentali kontra tim nazzjonali ta' konfederazzjoni oħra, biex b'hekk ikollhom post fit-Tazza tad-Dinja.
[editja] It-Timijiet Nazzjonali li tieħu ħsieb il-OFC
Bħalissa l-OFC għandha f'idejha 17-il pajjiż, li huma:
- American Samoa
- Fiġi
- Gżejjer Cook
- Gżejjer Marjani ta' Fuq1
- Gżejjer Solomon
- Kaledonja l-Ġdida
- Kiribati 1
- New Zealand
- Niue1
- Palaw1
- Papua New Guinea
- Samoa
- Stati Federali tal-Mikroneżja1
- Taħiti
- Tonga
- Tuvalu1
- Vanwatu
1 Membri ta' l-OFC, imma mhux tal-FIFA
[editja] Membri fit-Tazza tad-Dinja
darbtejn
darba
1: Kwalifikazzjoni minnhom ma kinitx taħt iż-Żona Oċeanika
[editja] Ħoloq Oħra
Futbol Internazzjonali | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
|
|||||||||||
|