Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' San Marino
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
San Marino | |
Assoċċazzjoni | San Marino Football Federation |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | Giampaolo Mazza |
Captain | Andy Selva |
L-Aktar Dehriet | Mirco Gennari (48)) |
L-Aktar Gowls | Andy Selva (6) |
Grawnd Nazzjonali | Stadio Olimpico |
L-Ewwel Internazzjonali | San Marino 0 - 4 Isvizzera (Serravalle, San Marino; 14 ta' Novembru, 1990) |
L-Ikbar Rebħa | San Marino 1 - 0 Liechtenstein (Serravalle, San Marino; 28 ta' April 2004) |
L-Ikbar Telfa | San Marino 0 - 13 Ġermanja (Serravalle, San Marino; 6 ta' Settembru, 2006) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' San Marino hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Wales, ikkontrollat minn San Marino Football Federation. It-tim ma tantx gawda minn riżultati tajbin, minħabba l-popolazzjoni żgħira.
L-ewwel logħba uffiċċjali ntlagħbet f'San Marino fejn it-tim lokali spiċċat jitlef 4-0 kontra l-Isvizzera waqt il-logħob ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' l-1990. Qabel, tim minn San Marino kien tilef 1-0 kontra tim Kanadiż ta' l-Olimpjadi fl-1986, imma din ma kinitix logħba uffiċċjali.
Werrej |
[editja] Storja
Minkejja li l-Federazzjoni tal-Futbol ta' San Marino ġie fundat fl-1931, il-federazzjoni ma kinitx stabillixxiet ruħha bħala tim nazzjoni sa l-1986, meta tim irrappreżenta l-federazzjoni kontra it-tim tal-Kanada ta' l-Olimpjadi f'kampjonat mhux uffiċċjali. San Marino ngħaqad mal-UEFA u l-FIFA fl-1988, fejn b'hekk seta' jibda' jipparteċipa fil-komepetizzjonijiet il-kbar. Qabel dan li ġara, plejers minn Sammarinese kienu kkunsidrati bħala plejers Taljani.
L-ewwel logħba internazzjonali ta' San Marino kienet kontra l-Isvizzera fl-14 ta' Novembru 1990 fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' l-1992 (Euro 1992). San Marino tilfu 4-0, u tilfu wkoll it-tmien partiti l-oħra. Fil-fatt dan it-tim bata' biex jikseb riżultati tajbin barra minnd darhom fejn kważi f'kull logħba laqqat erba' gowls. San Marino skorja gowl wieħed, penalty fit-telfa ta' 3-1 kontra r-Rumanija, u laqqat total ta' 33 gowl.
Fl-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni, għal San Marino, għat-Tazza tad-Dinja huma kienu ġew fil-grupp kontra l-Ingilterra, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja u t-Turkija. Fil-logħba tal-ftuħ kontra n-Norveġja huma tilfu 10-0. Il-partita ta' wara provdiet inqas gowls hekk kif in-Norveġiżi rebħu 2-0. It-telfa ta' 4-1 kontra t-Turkija tathom l-ewwel gowl fi-Tazza tad-Dinja, u l-pari ta' 0-0 fil-partita ta' ritorn tathom l-ewwel punt. Fl-aħħar logħba kontra l-Ingilterra, San Marino kisbui r-rekord ta' l-aktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Davide Gualtieri skorja l-gowl wara biss 8.3 sekondi wara passaġġ ħażin ta' Stuart Pearce. Il-partita spiċċat b'rebħa għall-Ingliżi, 7-1. San Marino spiċċaw il-kampanja b'punt wieħed u total ta' 44 gowls li laqqtu.
San Marino rebħu s'issa logħba waħda internazzjonali; 1-0 kontra Liechtenstein f'logħba ta' ħbiberija fl-2004. Andy Selva skorja l-gowl rebbieħ. L-agħar telfa li ġarrab dan it-tim kienet it-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, fis-6 ta' Settembru 2006.
[editja] Grawnd
San Marino jilgħab il-logħob f'daru fil-grawnd "Stadio Olimpico", grawnd li jinsab f'Serravalle u għandu kapaċità ta' 5,387. San Marino lagħab ukoll żewġ partiti ta' daru barra minn daru. Dan kien fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, kontra l-Ingilterra u l-Olanda fl-1993, meta huma lagħbu fi "Stadio Renato Dall'Ara" f'Bologna.
[editja] Reputazzjoni Żgħira
Ir-rekord ta' San Marino jagħtihom reputazzjoni żgħira fil-futbol mondjali. Din ir-repubblika għadha ma rebħitx logħba kompetittiva, bl-unika rebħa tkun il-logħba ta' ħbiberija kontra Liechtenstein fejn kienet spiċċat 1-0. Bl-iżgħar popolazzoni fil-pajjiżi tal-UEFA, ma tantx hemm minn fejn jintagħżlu plejers. Il-plejers huma il-biċċa l-kbira dilettanti, bi plejers bħal Andy Selva u Aldo Simoncini li huma professjonali. It-telfa ta' 13-0 kontra l-Ġermanja kien rekord fil-Kampjonati Ewropej u huma laqqtu għaxar gowls oħra f'żewġ okkażjonijiet oħra.
[editja] L-Iskwadra ta' San Marino
Gowlers:
- Aldo Simoncini
- Federico Valentini
- Michele Ceccoli
Difensuri:
- Nicola Albani
- Carlo Valentini
- Matteo Andreini
- Damiano Vannucci
- Simone Bacciocchi
- Davide Simoncini
- Alessandro della Valle
- Mirko Palazzi
- Fabio Vitaoli
- Alberto Celli
- Luca Nanni
Midfielders:
- Marco Domeniconi
- Michele Marani
- Giovanni Bonini
- Matteo Bugli
- Alex Gasperoni
- Riccardo Muccioli
- Paolo Mariotti
- Michele Moretti
- Giacomo Maiani
- Christian Negri
- Federico Nanni
- Mattia Masi
- Roberto Selva
- Bryan Gasperoni
Attakkanti:
- Manuel Marani
- Andy Selva (c)
- Alan Toccaceli
- Nicola Ciacci
- Marco de Luigi
[editja] Storja tal-Kompetizzjonijiet
[editja] Tazza tad-Dinja
- 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem
- 1994 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
[editja] Kampjonati Ewropej
- 1960 sa l-1988 - Ma ħaditx sehem
- 1992 sa l-2004 - Ma kkwalifikatx
[editja] Riżultanti Importanti
- 10 ta' Marzu 1993 - Turkija 0 - 0 San Marino (Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
- 25 ta' April 2001 - Latvja 1 - 1 San Marino (Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)
[editja] Ħoloq Oħra
- Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol ta' San Marino
- Arkivjiu tar-riżultati internazzjonali 1986- (lista tar-riżultati) fuq RSSSF
- Arkivju ta' l-apparenzi u l-gowls internazzjonali fuq RSSSF
- Arkivju tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1992- (Taljan)
- Arkivju tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1990- (Taljan)
- Arkivju tal-logħob ta' ħbiberija 1992- (Taljan)
- Rapport tal-UEFA dwar l-unika rebħa ta' San Marino
Timijiet Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ewropa (UEFA) |
---|
|