Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
UEFA Champions League - Wikipedija

UEFA Champions League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

UEFA Champions League
L-Emblema taċ-Champions League
Fundazzjoni 1955
Kontinent Ewropa, UEFA
Numru ta' Timijiet 32 (Fażi tal-Gruppi)
76 (Total)
Champions Kurrenti AC Milan
L-Aktar Klabb b'Suċċess Real Madrid (9 darbiet)
Sit Elettroniku www.uefa.com

Il-UEFA Champions League hi kompetizzjoni tal-futbol ta' kull sena organizzata mill-UEFA u li ilha sejra mill-1955 għall-aktar timijiet b'suċċessi fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport.

Il-UEFA Champions League hi differenti u m'għandiex x'taqsam mal-kompetizzjoni l-oħra tal-UEFA Cup u l-kompetizzjoni l-oħra tal-Cup Winners Cup (li m'għadhiex issir). Il-kampjonat jikkonsisti f'fażijiet differenti u jibda bi tliet turni ta' kwalifika. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa mill-preliminarji jieħdu sehem fil-fażi finali, li tibda lejn l-aħħar ta' Frar u tibqa' sejjer sa l-aħħar ġurnata, li tkun il-finali, f'Mejju.

L-aktar finali riċenti ġiet mirbuħa minn AC Milan ta' l-Italja li rebħu lit-tim Ingliż ta' Liverpool FC 2-1 ġewwa l-Olympic Stadium ta' Ateni fil-Greċja fit-23 ta' Mejju 2007.

Il-finali ta' l-istaġun 2007/08 se ssir ġewwa l-belt Russa ta' Moska.

Werrej

[editja] Kwalifikazzjoni

Il-UEFA Champions League hi miftuħa għal kull klabb Ewropew li jikklasiffika fl-ogħla postijiet tal-kampjonat ta' pajjiżu. Il-Liechtenstein hu l-uniku nazzjon li m'għandux kampjonat nazzjonali mill-pajjiżi kollha li jagħmlu parti mill-UEFA. It-timijiet li jikklasifikaw mill-ewwel sal-ħames post għandhom parti minn din il-kompetizzjoni. Minn Jannar 2007, l-iżgħar kampjonati nazzjonali fl-Ewropa (Andorra u San Marino) jistgħu jiġu rrapreżentati fil-kompetizzjoni.

In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi skond f'liema pożizzjoni huma l-assoċazzjonijiet fil-klassifika, li huma parti mill-UEFA:

  • assoċazzjonijiet ikklasifikati mill-ewwel sat-tielet post: erba' postijiet
  • assoċazzjonijiet ikklasifikati mir-raba' sas-sitt post: tliet postijiet
  • assoċazzjonijiet ikklasifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post: żewġ postijiet
  • assoċazzjonijiet ikklasifikati fis-sittax jew inqas: pożizzjoni waħda

Il-pożizzjoni ta' l-assoċazzjoni jiddependi wkoll f'liema fażi l-klabb jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, it-tlieta li qegħdin fl-ewwel tliet postijiet għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi u t-tnejn l-oħra fit-tielet round ta' kwalifikazzjoni.

Post żejjed fil-fażi tal-gruppi jitħalla għat-tim rebbieħ li jkun rebaħ l-edizzjoni ta' qabel fil-każ li ma jkunx għadda mill-kampjonat nazzjonali. Imma assoċazzjoni hi limitata li tibgħat erba' timijiet biss għal kompetizzjoni. Fil-każ li klabb li jkun rebaħ l-edizzjoni ta' qabel u li ġej minn assoċazzjoni li jippermetti erba' klabbs biex jgħaddu, jispiċċa 'l barra mill-ewwel erba' postijiet, dan jingħata post fir-raba' post minflok dak li jkun spiċċa f'dik il-pożizzjoni. Ir-raba' klassifikat imur fil-UEFA Cup.

Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja biex jieħu sehem. Fl-istaġun 2005/2006 kien hemm kontroversja meta Liverpool FC (li kienu rebbieħa l-edizzjoni ta' qabel) spiċċaw barra mill-ewwel erba' postijiet tal-kampjonat. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton FC, li kienu spiċċaw fir-raba' post li jkomplu fil-kompetizzjoni. Imma l-UEFA ddeċidiet li li kemm iż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool FC jibdew mill-ewwel round ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton FC jibdew mit-tielet. Liverpool FC irnexxielhom jgħaddu għall-fażi tal-gruppi meta għelbu lil Total Network Solutions (Wales), FBK Kaunas (Litwanja) u lil PFC CSKA Sofia (Bulgarija). Everton FC spiċċaw barra b'telfa ta' 4-2 kontra Villarreal CF.

Barcelona, Manchester United u Porto huma l-aktar timijiet li dehru fil-fażijiet tal-gruppi: tnax-il darba b'kollox. Imma, it-tlieta li huma rebħu Champions League waħda mill-introduzzjoni tal-fażi tal-gruppi.

[editja] Riżultati

1955/56 Real Madrid CF 4-3 Stade de Reims-Champagne

1956/57 Real Madrid CF 2-0 AC Fiorentina

1957/58 Real Madrid CF 3-2 AC Milan

1958/59 Real Madrid CF 2-0 Stade de Reims-Champagne

1959/60 Real Madrid CF 7-3 Eintracht Frankfurt

1960/61 SL Benfica 3-2 CF Barcelona

1961/62 SL Benfica 5-3 Real Madrid CF

1962/63 AC Milan 2-1 SL Benfica

1963/64 FC Internazionale 3-1 Real Madrid CF

1964/65 FC Internazionale 1-0 SL Benfica

1965/66 Real Madrid CF 2-1 FK Partizan

1966/67 Celtic FC 2-1 FC Internazionale

1967/68 Manchester United 4-1 SL Benfica

1968/69 AC Milan 4-1 AFC Ajax

1969/70 Feynoord 2-1 Celtic FC

1970/71 AFC Ajax 2-0 Panathinaikos FC

1971/72 AFC Ajax 2-0 FC Internazionale

1972/73 AFC Ajax 1-0 Juventus FC

1973/74 FC Bayern Munich 1-1 Real Madrid (FC Bayern München jirbħu 4-0 wara replay)

1974/75 FC Bayern Munich 2-0 Leeds United AFC

1975/76 FC Bayern Munich 1-0 AS Saint-Étienne

1976/77 Liverpool FC 3-1 Borussia Mönchengladbach

1977/78 Liverpool FC 1-0 Club Brugge KV

1978/79 Nottingham Forest FC 1-0 Malmö FF

1979/80 Nottingham Forest FC 1-0 Hamburger SV

1980/81 Liverpool FC 1-0 Real Madrid CF

1981/82 Aston Villa FC 1-0 FC Bayern München

1982/83 Hamburger SV 1-0 Juventus FC

1983/84 Liverpool FC 1-1 AS Roma (Liverpool FC jirbħu 4-2 bil-penalties)

1984/85 Juventus FC 1-0 Liverpool FC (It-Traġedja ta' Heysel)

1985/86 FC Steaua Bucureşti 0-0 FC Barcelona (FC Steaua Bucureşti jirbħu 2-0 bil-penalties)

1986/87 FC Porto 2-1 FC Bayern Munich

1987/88 PSV Eindhoven 0-0 SL Benfica (PSV Eindhoven jirbħu 6-5 bil-penalties)

1988/89 AC Milan 4-0 FC Steaua Bucureşti

1989/90 AC Milan 1-0 SL Benfica

1990/91 Red Star Belgrade 0-0 Olympique de Marseille (Red Star Belgrade jirbħu 5-3 bil-penalties)

1991/92 FC Barcelona 1-0 UC Sampdoria

1992/93 Olympique de Marseille 1-0 AC Milan

1993/94 AC Milan 4-0 FC Barcelona

1994/95 AFC Ajax 1-0 AC Milan

1995/96 Juventus FC 1-1 AFC Ajax (Juventus jirbħu 4-2 bil-penalties)

1996/97 BV Borussia Dortmund 3-1 Juventus FC

1997/98 Real Madrid CF 1-0 Juventus FC

1998/99 Manchester United FC 2-1 FC Bayern Munich

1999/2000 Real Madrid CF 3-0 Valencia CF

2000/01 FC Bayern Munich 1-1 Valencia CF (FC Bayern München jirbħu 5-4 bil-penalties)

2001/02 Real Madrid CF 2-1 Bayer 04 Leverkusen

2002/03 AC Milan 0-0 Juventus FC (AC Milan jirbħu 3-2 bil-penalties)

2003/04 FC Porto 3-0 AS Monaco FC

2004/05 Liverpool FC 3-3 AC Milan (Liverpool jirbħu 3-2 bil-penalties)

2005/06 FC Barcelona 2-1 Arsenal FC

2006/07 AC Milan 2-1 Liverpool FC

2007/08

[editja] Rekords u Statistika

[editja] Rebbieħa

Real Madrid huwa t-tim bl-iktar suċċessi fiċ-Champions League fejn irnexxielu jirbaħ disa' minn tnax-il finali. Real Madrid beda l-kompetizzjoni fuq nota pożittiva hekk kif spiċċa rebbieħ ta' l-ewwel ħames edizzjonijiet tal-kompetizzjoni. L-aħħar parteċipazzjoni fil-finali s'issa hi fl-2002 fejn irnexxielhom jirbħu lill-Bayer 04 Leverkusen grazzi għal gowl ta' Zinedine Zidane, fejn il-partita spiċċat 2-1 favur il-Madrileni.

Fit-tieni post insibu liċ-champions preżenti AC Milan li grazzi għar-rebħa kontra Liverpool FC fl-2007, irnexxielhom jiksbu is-seba' titlu. Spiċċaw finalisti telliefa erba' darbiet. Liverpool isegwu fit-tielet post b'seba' finali li minnhom rebħu ħamsa. AFC Ajax u FC Bayern Munich kisbu erba' trofej kull wieħed bil-Ġermaniżi jitilfu tliet finali waqt li l-Olandiżi tnejn.

Bil-pajjiżi, l-Italja għal 25 darba kellha tim fil-finali u li minnhom rebħu ħdax u tilfu erbatax. L-Ispanjoli spiċċaw 20 darba fil-finali, bil-ħdax-il suċċess. Timijiet Ingliżi kellhom għaxar rebħa fil-finali minn erbatax-il preżenza.

[editja] Top Scorers

Raúl ta' Real Madrid CF jibqa' t-top scorer ta' kull żmien b'56 gowl minn 108 logħba. Beda l-esperjenza tiegħu fl-Ewropa fl-1995 u spiċċa anki biex jiskorja żewġ gowls fi tliet finali. Ruud van Nistelrooy jikklassifika fit-tieni post b'total ta' 49 gowl f'58 preżenza fejn lagħab ma' PSV Eindhoven, Manchester United u preżentament ma' Real Madrid. Fit-tielet post insibu lil Andriy Shevchenko ta' l-Ukranja li skorja 46 gowl minn 89 partita fejn lagħab ma' Dynamo Kyiv, AC Milan u issa ma' Chelsea.

Plejers oħra li jibqħu fost l-ewwel għaxra insibu lill-plejer Thierry Henry (42), Filippo Inzaghi (41), Alessandro Del Piero (36), Fernando Morientes (34), David Trezeguet (29), Patrick Kluivert (29) u Roy Makaay (27).

[editja] Apparenzi u Plejers Rebbieħa

Ħames plejers biss irnexxielhom jagħmlu aktar minn mitt preżenza fiċ-Champions League u dawn huma: Raúl, Roberto Carlos (107), Paolo Maldini (104), David Beckham (103) u Oliver Kahn (103).

Francisco Gento ta' Real Madrid CF hu l-aktar plejer li rebaħ titli ta' Champions League b'total ta' tmien finali li minnhom rebaħ sitta. Wara jsegwi Alfredo di Stefano ta' l-istess Real Madrid CF, li flimkien ma' José María Zárraga u Héctor Rial ta' Real Madrid, u Paolo Maldini ta AC Milan rebħu ħames finali.

[editja] Ħoloq Oħra

Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com