Zagreb
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Zagreb, il-kapitali tal-Kroazja fuq ix-xmara Sava, hija waħda mill-ikbar bliet tal-pajjiż. Hija ċentru industrijali u fiha impjanti li jipproduċu kimiki, makkinarji, ħwejjeġ magħmulin minn ġlud, karti, metalli u tessuti. Bħala ċentru sija kulturali sija kummerċjali, Zagreb tospita università, teatru ta' l-opra, akkademji tal-mużika, l-arti u tal-films, mużewijiet, galleriji ta' l-arti u l-Akkademja tax-Xjenza u l-Arti ta' dik li kienet il-Jugoslavja. Fost l-attrazzjonijiet storiċi nsibu l-Katidral ta' San Stiefnu li jmur lura għas-seklu ħmistax, palazz tas-seklu tmintax u l-fdalijiet ta' katidral tas-seklu ħdax.