Help:(Għajnuna) Konvenzjonijiet ta' nomenklatura
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Werrej |
[editja] Konvenzjonijiet ta' nomenklatura
Din il-paġna ta' servizz għandha tkun gwida ta' riferiment fuq kif għandhom jissemmew il-paġni tal-verżjoni Maltija tal-Wikipedija. Kondiviżjoni komuni ta' dawn il-konvenzjonijiet hija ferm importanti biex l-enċiklopedija tagħna tiffunzjona tajjeb. Ir-regoli segwenti huma ir-riżultat ta' diskussjonijiet li żviluppaw kemm f'din il-verżjoni, kif ukoll fil verżjoni internazzjonali tal-Wikipedija; biex tissuġġerixxi titjib jew tgħaddi xi kummenti, jekk jogħġobkhom użaw il-Diskussjoni.
Huwa importanti li wieħed jinnota li dawn huma konvenzjonijiet, mhux regoli miktuba fil-blat. Waqt li l-Wikipedija tiżviluppa u tinbidel, xi konvenzjonijiet li xi darba forsi kellhom użu u sinjifikat, illum jafu saru antikwati. F'każ ta' dubju, segwu l-konvenzjoni.
[editja] Għażla ta' l-isem ta' l-artiklu
Ġeneralment, l-għażla ta' l-isem ta' l-artiklu għandha tagħti prijorità lil dak li l-maġġor parti tal-Maltin jirrikonoxxu faċilment mingħajr ambigwità. Fl-istess ħin, huwa importanti li wieħed jagħmilha iktar faċli għal Wikipedjan ieħor li joħloq link għal dawk l-artikli mingħajr diffikultà.
[editja] Sempliċità, preċiżjoni, ittri kapitali u plurali
L-iskop ta' dawn ir-regoli huwa li jagħmlu l-paġni ġodda iktar faċli biex jiġu llinkjati.
Intom u tiktbu l-Wiki, jekk taħsbu li oġġett, isem, kelma jew frażi tista' tkun kollegata ma informazzjoni ulterjuri, poġġuha fil-parentesi kwadri doppji [[ ]] biex b'hekk jinħoloq llink. Kemm tpoġġi link jiddependi, prattikament, mill-iżvilupp futur tal-Wikipedia. Ġeneralment, iktar ma jkun hemm link għall-argumenti minn artiklu wieħed, tant aħjar. Anki jekk argument partikolari għadu ma ġiex kopert minn artiklu, poġġu link xorta waħda, biex tħajjru l-Wikipedjani l-oħra joħolquh huma. Jekk il-konvenzjonijiet tan-nomenklatura u tal-link jiġu mħarsa kostantement, dawn il-kollegamenti m'għandhomx għalfejn ma jwasslux għall-artiklu neċessarju.
[editja] L-ewwel ittra biss għandha tkun kapitali
Dejjem jekk mhux qed nirreferu għall-akronimu, li ġeneralment jkun kollu kemm hu miktub f'ittri kapitali, l-ewwel ittra biss għandha tkun ikkapitalizzata filwaqt li l-bqija ta' l-ittri għandhom ikunu ittri żgħar. eż. [[Arti marzjali]] mhux [[Arti Marzjali]]
[editja] Preferita il-forma singulari
Dejjem jekk il-forma plurali ma tkunx iktar użata, użaw dejjem il-forma singulari. Jekk il-forma plurali tintuża ħafna wkoll, oħloq redirect biex issolvi l-ambigwità u avża wkoll lill-users l-oħra li diġà inbeda artiklu taħt titlu ieħor.
[editja] Ismijiet proprji
Biex issemmu korrettament artiklu dedikat lill-bijografija ta' xi ħadd, inthom mitluba biex tużaw il-forma
- Isem Kunjom jekk hu magħruf b'dan il-mod minn bosta.
- Kunjom Isem biss jekk din hija l-forma l-iktar magħrufa (eż. Mao Zedong)
Din ir-regola tiġi applikata anki għall-ismijiet ta' persunaġġi provenjenti minn pajjiżi fejn l-istandard użat huwa kunjom isem, imma f'dawn il-każijiet huwa konsiljat li jinħoloq redirect mill-forma kunjom isem għall-artiklu intitolat isem kunjom.
Fl-artiklu, imma mhux fit-titlu, inserixxu dak kollu li huwa relatat ma' l-isem, per eżempju:
- Predikat - Isem - Ismijiet oħra eventwali - Kunjom - Titlu araldiku eventwali
Per eżempju, il-paġna ddedikata lix-xjenzjat Turiniż għandha tkun imsemmija:
- Amedeo Avogadro
Mentri l-artiklu għandu jibda:
- Lorenzo Romano Amedeo Carlo Avogadro, konti ta' Quaregna u Cerreto.
L-użu tal-kunjom qabel l-isem jiskontra ma' xi raġunijiet għala għandha tiġi preferuta l-formula li għadha kif ġiet deskritta:
- bħala konvenzjoni, l-isem dejjem jippreċedi il-kunjom meta jkollu bżonn isir użu amministrattiv ta' dati. Anki fis-sempliċi nomenklatura, Wikipedija tipproponi li jiġu segwiti regoli jew kanoni li huma ġudikati koretti.
- biex tikkonsenti li jiġi llinkjat l-artiklu minn paġni oħra, konsiderat li min jikteb, ikteb hemm ċans li juża l-forma ta' l-isem l-iktar magħrufa fil-lingwa Maltija.
Għall-persunaġġi tal-letteratura u ta' l-arti, ir-regola li għandha tiġi osservata hija dik tal-librett ta' l-opra. Din ir-regola essenzjalment tgħidilna biex niżaw l-isem "uffiċjali" tal-persunaġġ.
Għall-pswedonimi, hemm regola wkoll: Voltaire għandu jkun it-titlu ta' l-artiklu prinċipali, fliwaqt li François-Marie Arouet għandu jkun l-artiklu b'redirect.
F'każ li jkun hemm bżonn li tqiegħed l-ismijiet ordni alfabetiku, dawn għandhom jiġu ordinati skond il-kunjom, inkluż il-partiċelli (eż., De, Mac, Von, eċċ.). Ara noti oħra fil-paġna ordni alfabetiku.
[editja] Ismijiet ta' papiet
Għall-ismijiet ta' papiet, il-konvenzjoni tipprevei Papa isem tal-papa I, II, III, ..., per eżempju: Papa Benedettu XVI jew Papa Ġwanni Pawlu II. Tistgħu tirreferu għal-lista ta' Papiet.
[editja] Ismijiet ta' Rejiet
Għall-ismijiet ta' renjanti, il-konvenzjoni tippreċedi l-isem bil-Malti, segwit mill-ordinali (I, II, III, eċċ.) u mill-isem ta' l-istat ta' fejn hu sovran. Per eżempju, Enrico VIII ta' l-Ingilterra jew Lwiġi XIV ta' Franza. Fil-vuċi monarkija għandkhom issibu xi listi ta' renjanti ta' nazzjonijiet differenti, fejn tkunu tistgħu tiċċekkjaw il-format li għandu jintuża.