Fenek tal-vulkan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Fenek tal-vulkan Romerolagus diazi
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Romerolagus diazi Ferrari-Perez, 1893 |
Il-Fenek tal-vulkan (Romerolagus diazi) jew Teporingo jew conejo zacatuche huwa mammiferu plaċentat erbivoru ċkejken tal-familja Leporidae (fniek u liepri) li jigħx qalb il-muntanji vulkaniċi tal-Messiku. Dan huwa it-tieni l-iżgħar fenek fid-dinja u Fenek tal-vulkan adult jiżen bejn 390 u 600 gramma, ftit akbar biss mil-Fenek pigmew u għandu par widnejn żgħar ġejjin għat-tond, 4 saqajn qosra u pil qasir u oħxon.
Il-Fenek tal-vulkan jgħix f'bejtiet taħt l-art fi gruppi minn 2 sa 5 u xi ħaġa rari fost il-fniek f' każ ta' periklu bħala komunikazjoni, juża ħsejjes bħal twerżieqa irqieqa u ogħlja minn flok it-tisbit tas-saqajn ma' l-art li jużaw ħafna speċi ta' fniek oħra. Dan huwa fenek notturnu u għalkemm attiv il-lejl kollu il-quċċata tal-attivita tiegħu tkun fi tlugħ u nżul ix-xemx.
Il-popolazjoni fis-salvaġġ tal-Fenek tal-vulkan fl-1969 kienet niżlet drastikament għal mhux aktar minn 1,200 fenek. Il-llum il-ġurnata bħala sigurta kontra l-possibilita t' estinzjoni ta' dan il-fenek fis-salvaġġ, jeżistu kolonji ta' ripproduzjoni f' Jersey Zoo, fir-Renju Unit u f' Chapultepec Zoo, f' Mexico City fil-Messiku (Olney & Ellis, 1993).
Werrej |
[editja] Distribuzjoni
Il-Fenek tal-vulkan huwa speċi endemika tal-Messiku u jgħix fuq il-ġnub tal-vulkani Iztaccíhuatl, Pelado, Popocatepetl u Tlaloc f' għoli bejn 2,800m u 4250m ġo foresti tal-pinu fejn jikber ħafna ħaxix taħt is-siġar u f' artijiet b' ħagar vulkaniku li jissejħu assi transversali neo-vulkaniċi.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Romerolagus
- Fenek tal-vulkan, Romerolagus diazi
- Ġeneru Romerolagus
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Lagomorph Specialist Group (1996). Romerolagus diazi Fil-Periklu ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006
- McCollum, Austin. "Volcano Rabbit". Endangered Species of the World. April 13, 2006: 50-51.