Is-Sette Giugno
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Is-7 ta' Ġunju hija festa nazzjonali fil-Gżejjer Maltin għax titfakkar il-mewt ta' 4 Maltin waqt irvellijiet fil-Belt Valletta.
[editja] X'wassal għall-irvellijiet tas-Sette Giugnio
L-Ewwel Gwerra Dinjija damet għaddejja mill-1914 sa l-1918. Din il-gwerra kienet miġġielda prinċiparjament mill-Ingilterra, ir-Russja u Franza fuq naħa (l-Alleati) u l-Ġermanja, l-Imperu Awstrijak u l-Imperu Ottoman fuq in-naħa l-oħra (l-Qawwiet Ċentrali). Diversi pajjiżi ngħaqdu ma’ naħa jew m’oħra u għalhekk hija magħrufa bħala Gwerra Dinjija. F’dan iż-żmien Malta kienet għadha kolonja ta’ l-Imperu Ingliż. Għalhekk l-effetti ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija nħassu fuq Malta ukoll. F’din il-gwerra Malta ma ġietx attakkata iżda kienet użata bħala Bażi Navali u u bħala sptar. Filfatt f’din il-gwerra Malta ħadet il-laqam ta’[[Nurse of the Mediterranean]]. Madwar 30 sptar ġew imwaqqfa f’Malta biex jilqgħu lil feruti tal-gwerra. Fost dawn l-isptarijiet kien hemm is-Sacra Inferemeria (Dar il-Mediterran), l-isptar ta’ Bighi u dak ta’ St.Andrews.
Dan kollu ġab ħafna xogħol lil Maltin. Iżda mhux kollox kien ward u żahar.
L-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet ħafna skarsezzi fost il-Maltin. Għalhekk f’dak iż-żmien kien hawn ħafna għaks u faqar minkejja l-ħafna xogħol. Il-ħobż għola d-doppju. Il-Gvern Ingliż għamel taxxi ġodda minflok id-dazju, li kien naqas minħabba li naqas il-kummerċ. Minflok daħlu taxxi fuq iċ-ċinema u taxxa fuq is-suċċessjoni. Din il-qagħda ħażina waslet għal moviment fost il-ħaddiema. Fl-1916 waqfet Union fit-tarzna: Malta Government Workers Union. Wara l-gwerra l-qagħda ħażina kompliet.
[editja] Is-Sette Giugnio
Fi Frar 1919, saret l-ewwel laqgħa ta’ l-Assemblea Nazzjonali mmexxija minn Filippo Sciberras sabiex ifasslu Kostituzzjoni u jgħadduha lill-Gvern Ingliż biex japprovaha. Fis-7 ta’ Ġunju 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa ta‘ l-Assemblea Nazzjonali fil-belt Valletta meta folla kbira nġabret il-belt Valletta bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Huma waddbu l-ġebel u attakkaw il-Bibjoteka, l-imħażen ta’ negozjanti tal-qamħ u l-istamperija tal-gazzetta the Daily Malta Chronicle (gazzetta favur l-Ingliżi). Membri Ingliżi fil-Union Club provokaw lill-Maltin billi waddbu soldi qalb il-folla. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, ssejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla. Hawn inqatlu tliet Maltin, Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada u Manwel Attard. L-għada l-folla telgħet tpoġġi kuruni fil-post fejn inqatlu l-Maltin. Membri tal-Union Club reġgħu pprovokaw lill-Maltin. Il-folla reġgħet saħnet. Din id-darba ħarġu l-marines u qatlu lil Karmenu Abela.
[editja] Effetti tas-Sette Giugnio
Il-Kostituzzjoni ta’ l-1921
Wara dan l-avveniment, l-Gvern Ingliż ried jikkalma s-sitwazzjoni. Bagħat Gvernatur ġdid: Lord Plumer u fl-1921 Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida. F’din il-kostituzzjoni l-Maltin kisbu Gvern immexxi mill-Maltin li għall-ewwel darba seta’ jagħmel liġijiet fi ħwejjeġ lokali. Dan jissejjaħ Gvern Responsabbli (responsible self-government). Għall-ewwel darba Malta kellha Prim Ministru u Ministri. L-ewwel Prim Ministru kien Joseph Howard tal-Partit Unione Politica Maltese.
F’din il-kostituzzjoni l-Gvernatur xorta baqa’ fuq il-kostituzzjoni u seta’ jirtiraha meta jħoss il-bżonn. Hekk ġara fl-1933, meta l-Gvern Ingliż ħa l-kostituzzjoni minħabba li ħass li l-PN, li kien fil-Gvern, kien qed jagħmel wisq propoganda favur it-Taljan. Hekk kif id-dinja kienet riesqa lejn it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja kienet immexxija minn Mussolini, il-Gvern Ingliż ra li din il-kostituzzjoni kienet tagħti wisq poter lill-Maltin u dan seta’ jkun ta’ periklu għal Malta bħala kolonja Ingliża.
[[Category:Storja|Sette Giugnio