Omnivoru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Omnivoru (mill-Latin: "omne" - omni- li tfisser kollox jew kull ħaġa u "vorare" - -ivoru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel) hija definita bħala speċi ta' organiżmu li huwa wikkiel ġeneralizzat, mingħajr 'l ebda speċjalizzazjoni partikolari lejn dieta karnivora jew dik erbivora u kapaċi jikkonsma u li jikkonsma kemm il-laħamprotejina ta' l-annimal kif ukoll il-ħxejjex.
Is-snien ta' l-annimali omnivori huma anqas speċjalizzati minn dawk ta' l-annimali karnivori jew dawk erbivori. Din hija distinzjoni imoportanti, għaliex dawn is-snien jatgħu l-opportunita u l-kapaċita lill-annimali omnivori kemm biex jitħnu l-ħxejjex, kif ukoll iċartu l-laħam b' mod li jkunu effiċenti fiż-żewġ każi. Dan huwa possibli b' taħlita ta' snien differenti, dawk ċatti għat-tħin tal-pjanti u dawk illimati u bil-ponta biex itaqbu u jċartu l-laħam. L-istruttura tax-xedaq ta' ħalq il-bniedem huwa eżempju ċar, fejn l-inċisivi u l-kanini huma għal skop ta' gdim u qtugħ, waqt li d-dras għal skop ta' tħin u għaġġnar.
L-annimali omnivori kollha jissejħu u jiġu definiti bħala Eterotrofi.
Werrej |
[editja] Eżempji ta' Annimali Omnivori
- Mammiferi: opossum, ġurdien, xadina, pruċun, ors, volpi u ħanżir.
- Għasafar: Reja, gawwi, tiġieġa u ċawla
[editja] Ara Ukoll
[editja] Referenzi
- MacArdle J. Il-bniedem huwa omnivoru. artiklu