Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ingilterra
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Meta tisma' dwar il-futbol f'liema aspett ikun żgur tiftakar fil-futbol Ingliż, għax fil-fatt huwa n-nazzjon li vvinta din il-logħba li ġennet lill-pajjiżi tad-dinja kollha. Kullħadd jiġri wara dak il-ballun biex jirnexxilu jixxutjah u ddaħlu bejn il-lasti biex jagħmel gowl. Peress li l-futbol ivvintawh l-Ingliżi, t-tim internazzjonali tal-futbol ta' l-Ingilterra għandu storja twila. L-ewwel logħba li lagħab kienet fis-seklu 19 eżattament fit-30 ta' Novembru 1872 kontra nazzjon ieħor li jinsab fir-Renju Unit, l-Iskozja, fejn spiċċaw indaqs (Skozja 0 - 0 Ingilterra). It-tim Ingliż fis-seklu 19 ukoll kiseb l-ikbar rebħa tiegħu, meta fit-18 ta' Frar 1882 kaxkar bil-gowls lit-tim tal-pajjiż ġar tiegħu l-Irlanda (Irlanda 0 - 12 Ingilterra). F'nofs il-ħamsinijiet eżatt fit-23 ta' Mejju 1954 it-tim Ungeriż tellef lill-Ingliżi bl-agħar telfa tagħhom s'issa (Ungerija 7 - 1 Ingilterra).
It-tim ta' l-Ingilterra li hu magħruf bħala The Three Lions (It-Tliet Iljuni), ħa sehem kważi f'kull Tazza tad-Dinja mill-1950 'l hawn barra f'dawk ta' l-1974, 1978 u 1994. Iżda għalkemm ħa sehem f'numru mhux ħażin ta' Tazzi tad-Dinja fl-1966 biss kiseb l-ewwel post, snin oħra fejn kiseb post tajjeb kienu fl-1982 fejn ġie t-2 post u fl-1990 fejn spiċċa r-4 post.
Fil-European Championship ħa sehem 7 darbiet fl-1968, 1980, 1988, 1992, 1996, 2000 u 2004, iżda qatt għadu ma' rebaħ din it-tazza Ewropea.
Assoċjazzjoni: The Football Association (L-Assoċjazzjoni Futbol)
Il-Kowċ Attwali: Steve McClaren
It-Top Scorer: Bobby Charlton (b' 49 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: ENG
Ir-Ranking tal-FIFA: 5 post
L-Aħjar Ranking: 4 post (Settembru ta' l-2006 u Diċembru ta' l-1997)
L-Agħar Ranking: 27 post (Frar ta' l-1996)
Ir-Ranking tal-Elo: 6
L-Istadjum li jużaw: Wembley Stadium (meta jerġa' jiftaħ)