Granivoru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fiż-Żooloġija, Granivoru (mil-Latin "granum" - "grani-" li tfisser żerriegħa u "vorare" - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel) ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe organiżmu li jiekol żrieragħ biss u hija dieta erbivora speċċjalizzata. Dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna jew jagħżlu bir-reqqa żrieragħ tal-pjanti nklużi dawk tal-ġimnospermi, li għandhom livelli għolja ta' nutrijenti.
Il-biċċa l-kbira tal-granivori huma insetti jew għasafar jew mammiferi. Din it-tip ta' dieta hija speċjalment prevalenti jew hija komuni aktar f' abitat xott bħal tad-deżert, fejn żrieragħ differenti huma persistenti f' kull staġun, matul is-sena kollha.Most true granivores are insects or birds or mammals. The former group includes many different kinds of true bugs, ants, and beetles, but also a few types of moths and even some parasitic wasps. The latter group includes many different finches and numerous other related groups such as the Hawaiian honeycreepers. Granivory is especially prevalent in desert habitats, as seeds are persistent.
L-insetti granivori jinkludu ħafna speċi ta' nemel u skarabej, iżda anke ftit speċi ta' baħrijji u żnażan. Il-baħrijji tal-jukka u ż-żnażan tat-tin jieklu iż-żrieragħ u jippollinaw l-istess pjanta, b' mod tant fil-qrib li jidher kif dawn huma każ ċar ta' relazjoni co-evoluta.
Għalkemm numru kbir ta' għasafar, jieklu ħafna żrieragħ, dawn ma' jkunux strettament granivori u jkunu jieklu ħafna insetti ukoll. Speċi li jkunu primarjament granivori meta jilħqu l-istat ta' adulti, ħafna drabi jkunu kibru b' dieta insettivora minflok. Għasafar strettament granivori jkabru lill-flieles tagħhom bi żrieragħ li jkunu diġa għaddew parzjalment mis-sistema tad-diġestjoni.
[editja] Ara Ukoll
[editja] Referenzi
- Elphick, C, JB Dunning, Jr. and DA Sibley.(eds.) 2001. The Sibley Guide to Bird Life and Behavior. Alfred A. Knopf, New York.
- Brown, J. H., Reichman, O. J. and Davidson, D. W. 1979. Granivory in desert ecosystems. – Annu. Rev. Ecol. Syst. 10: 201–227.
- MacMahon, J. A., Mull, J. F. and Crist, T. O. 2000. Harvester ants (Pogonomyrmex spp.): their community and ecosystem influences. – Annu. Rev. Ecol. Syst. 31: 265–291.
[editja] Link Esterni
- Interazzjoni tat-tin u żnażan tat-tin Multi-award-winning documentary
- Tin u żnażan tat-tin
- Stampi taż-żnażan tat-tin f' MorphBank, bankadati ta' stampi bijoloġiċi