Nettarivoru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
.
Fiż-Żooloġija, Nettarivoru jew Nektarivoru (mil-Latin u l-Grieg "nektar" - "nektari-" jew "nettari-" li tfisser xarba ta' l-Allat u "vorare" - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel), ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe annimal li jiekol in-nettaru (likwidu bl-livell għoli ta' zokkor) li jipproduċu il-pjanti tal-fjuri. Din hija dieta erbivora speċċjalizzata u dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna u jieklu minn ftit speċi biss ta' pjanti tal-fjuri u jagħżlu bir-reqq fjuri li għandhom livelli għolja ta' nutrijenti.
Il-biċċa l-kbira ta' l-annimali nettarivori huma insetti u għasafar, għalkemm ma dawn hemm bosta speċi ta' friefet il-lejl speċjalment fil-Lbiċċ ta' l-iStati Uniti u l-Messiku, kif ukoll il-mammiferu marsupjal ta' l-Awstralja il-Possum ta' l-għasel u l-wiżgħat tal-ġeneru Phesulma fil-gżejjer tal-Mawrizjus, fl-oċejanu Indjan.
It-terminu nettarivoru jew nektarivoru huwa ħafn' anqas esklużiv mit-termini l-oħrajn bis-suffiss -voru, għax ħafna annimali kkunsidrati nettarivori jista jkun il-każ li jkunu parzjalment insettivori ukoll.
Ħafna speċi huma ħallelin tan-nettaru, għax ma jgħinux lill-pjanta fl-impollinazjoni iżda jikkunsmaw xorta in-nettaru li tipproduċi.
Werrej |
[editja] Eżempji ta' Annimali Nettarivori
- Mammiferi: possum ta' l-għasel u ħafna speċi ta' friefet il-lejl
- Għasafar: wikkiela ta' l-għasel tal-familja Meliphagidae, għasafar tax-xemx tal-familja Nectariniidae, daquq tal-fjuri tal-familja Dicaeidae u l-kolibri tal-familja Trochilidae.
- Rettili: Wiżgħat tal-ġeneru Phesulma
- Insetti: ħafna speċi
[editja] Ara Ukoll
[editja] Referenzi
- Nowak, Ronald M. and Paradiso, John L. (1983). Walker's Mammals of the World Vol. 1, 4th edition, The Johns Hopkins University Press, Baltimore and London.
- Smith, Andrew and Hume, Ian. (ed.) (1984). Possums and Gliders, Surrey Beatty and Sons PTY Limited, NSW Australia in association with the Australian Mammal Society.
- Skutch, Alexander F. & Singer, Arthur B. (1973): The Life of the Hummingbird. Crown Publishers, New York. ISBN 0-517-50572-X