Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Cryptonanus ignitus (Díaz, Flores & Barquez, 2002) |
L-Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra jew Opossum grazzjuż ta' żaqqu ħamra, magħruf xjentifikament bħala Cryptonanus ignitus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi nani mistura, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum nanu mistur huwa marsupjal b' abitudni notturna (attiv bil-lejl) b' attivita minima matul il-ġurnata. Cryptonanus ignitus jgħix f' abitat ta' foresti tax-xita kemm subtropikali kif ukoll tropiklai umdi tal-muntanji. Dan huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jingħżel ma' l-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.
Dan il-marsupjal ġie skopert xjentifikament fl-2002, għandu l-pil ta' taħt żaqqu fin ta' lewn oranġjo fil-ħamrani u huwa ta' daqs kemxejn akbar mil-Opossum nanu mistur ta' Chacoan li kien maħsub li huma l-istess speċi.
Werrej |
[editja] Dieta
L-Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra huwa marsupjal b' dieta omnivora, u tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żagħar oħra.
[editja] Distribuzjoni
Cryptonanus ignitus huwa speċi b' distribuzjoni żgħira ħafna (l' iżgħar fost l-ispeċi fil-ġeneru Cryptonanus) u jinsab jgħix fil-lokalita ta' Yuto biss, fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, fit-Tramuntana tal-Arġentina, fil-provinċa ta' Jujuy u b' hekk huwa speċi endemika ta' din il-provinċa u tal-Arġentina.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Cryptonanus
- Opossum nanu mistur ta' żaqqu ħamra, Cryptonanus ignitus
- Ġeneru Cryptonanus
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
[editja] Sinonimi
"Gracilinanus chacoensis ignitus" u "Gracilinanus ignitus" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Cryptonanus ignitus ta' Díaz, Flores & Barquez, 2002.
[editja] Referenzi
- Díaz, M.M., Flores, D.A. & Barquez, R.M. 2002. A New Species Of Gracile Mouse Opossum (Didelphimorphia: Didelphidae), From Argentina. Journal of Mammalogy 83(3):824-833, August 2002.
- Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 25 juli 2005. Tista tara il- fajl hawn.