Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Marie Curie - Wikipedija

Marie Curie

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Maria Skłodowska-Curie (twieldet 7 ta’ Novembru, 1867 – mietet 4 ta’ Lulju, 1934) magħrufa bl-isem ta’ Marie Curie, kienet kimika u fiżika Polakka naturalizzata Franċiża[1].

Marie Curie
Marie Curie

Fl-1903 nagħtat il-premju Nobel għall-fiżika, ma’ żewġha Pierre Curie u Henri Becquerel, u fl-1911 il-premju Nobel għall-kimika għax-xogħol tagħha fuq il-Polonju u r-Radju. Hi l-unika mara li rċeviet żewġ premjijiet Nobel[2].

Werrej

[editja] Bijografija

Marie Curie twieldet Varsavja fejn missierha Władysław Skłodowski kien għalliem tal-matematika u l-fiżika. Marie kienet l-iżgħar fost ħames aħwa. Fi żmien sentejn tilfet ‘l oħtha Zofia li mietet bit-tifu f’Jannar ta’ 1876, u 'l ommha, Bronisława li, mietet bit-tuberkolożi fid-9 ta’ Mejju 1878. Wara ntefgħet fuq l-istudju fejn ibbrillat fis-suġġetti kollha u ngħatat l-ogħla grad. Temmet l-istudji sekondarji b’midalja tad-deheb fl-1883.

[editja] Il-Fakultà tax-Xjenza ta’ Pariġi

Dak iż-żmien, Varsavja kienet annessa mar-Russa, u n-nisa ma setgħux immorru l-università. Għalhekk, f’Novembru 1891, Marie telqgħet lejn Pariġi, fejn diġà kien hemm oħta l-kbira tistudja l-mediċina u fejn kienet ġiet aċċettata biex issegwi l-istudji fix-xjenzi fiżiċi u fix-xjenzi matematiċi fil-fakultà tax-Xjenza tas-Sorbonne. Sentejn wara, ġiet l-ewwel fil-licence fix-xjenzi fiżiċi u s-sena ta’ wara ħadet il-licence fix-xjenzi matematiċi u ġiet it-tieni. Imbagħad marret taħdem fil-Laboratorju tar-riċerki fiżiċi taħt Gabriel Lippmann.

Dar tat-twelied ta’ Marie Curie, Varsavja.
Dar tat-twelied ta’ Marie Curie, Varsavja.

Fir-rebbiegħa ta’ 1894, iltaqgħet ma’ Pierre Curie u żżewġu fil-komuni ta' Sceaux, Hauts-de-Seine, fis-26 ta’ Lulju 1895. Fl-1896, ġiet l-ewwel fl-agrégation tal-fiżika. Fit-12 ta’ Settembru 1897, kellha l-ewwel tifla, Irène.

[editja] Il-Polonju u r-Radju

F’Diċembru 1897, bdiet ix-xogħol tat-teżi fuq l-istudju tar-raġġi prodotti mill-Uranju, skoperti minn Henri Becquerel. Bl-użu tal-metodi tekniċi żviluppati minn żewġha, analizzat ir-radjazzjoni mogħtija mill-pechblenda, (forma kollojdali tal-minerali Uraniniti), li hi għanja ħafna fl-Uranju.

Min-naħa tiegħu Pierre fl-1898, ħalla x-xogħol fuq il-Piezoelettriċità biex jingħaqad ma’ martu fl-istudju tar-radjoattività. Ħa permess mid-direttur ta’ l-Iskola tal-Fiżika u Kimika (li llum saret l-École supérieure de physique et de chimie industrielles de la ville de Paris) biex juża ħanut tax-xogħol fis-sular t’isfel. It-trattamenti kimiċi kienu jsiru f’maħżen, ma’ ġenb il-ħanut, separat minnu b’bitħa biss.

F’dan il-laboratorju fejn eżaminaw il-pechblenda, skoprew żewġ elementi ġodda. Fit-18 ta’ Lulju 1898, Marie Curie ħabbret l-iskoperta tal-Polonju, msemmi hekk għal art twelidha. Fis-26 ta’ Diċembru, ma’ Gustave Bémont, annunzjat is-sejba tar-Radju ; kellhom jittrattaw tunellati ta’ pechblenda biex joħorġu inqas minn gramma ta’ dan l-element. Dan ix-xogħol sar f’postijiet bla kumdità xejn. Skond il-kimiku Ġermaniż Wilhelm Ostwald, li żar il-post tax-xogħol ta’ Pierre u Marie Curie: "Dan il-laboratorju kien qiesu fl-istess ħin stalla u maħżen tat-tuffieħ. Kieku ma rajtx l-apparat tal-kimika, kont naħseb li qegħdin jidħqu bija".

Wieħed mill-premji Nobel ta' Marie Curie
Wieħed mill-premji Nobel ta' Marie Curie

Fit-26 ta’ Ottubru 1900, saret professur fl-École normale supérieure de jeunes filles ta’ Sèvres. Matul is-sena 1903, fit-25 ta’ Ġunju iddefendiet it-teżi tagħha fuq il-materji radjoattivi. Fl-10 ta’ Diċembru, irċeviet ma’ żewġha u Henri Becquerel, il-Premju Nobel għall-fiżika " b’rikonoxximent għas-servizzi straordinarji li taw fir-riċerka flimkien fuq il-fenomenu tar-radjazzjoni, skopert mill-Professur Henri Becquerel". Kienet l-ewwel mara li nagħtat il-Premju Nobel. Dik is-sena stess, saret l-ewwel lawrejata mara tal-Midalja Davy.

Is-sena ta’ wara, irċeviet il-Midalja Matteucci[3] u fis-6 ta’ Diċembru weldet lit-tieni tifla tagħhom, Ève.

Fid-19 ta’ April 1906, Pierre miet f’inċident, imtajjar minn karettun biż-żiemel. F’Novembru, ħadet postu bħala professur fis-Sorbonne. Kienet l-ewwel mara li qatt għallmet f’dik l-università. Fl-1909, ġiet nominata professur titulari fil-katedra tal-Fiżika Ġenerali u wara tal-Fiżika Ġenerali u r-Radjoattività.

Fl-10 ta’ Diċembru 1911, irċeviet it-tieni Premju Nobel, "b’rikonoxximent għas-servizzi tagħhom għall-avvanzament tal-kimika bl-iskoperta tar-Radju u l-Polonju, l-iżolament tar-Radju u l-istudju tan-natura u l-komponenti ta' dan l-element notevoli". Kienet l-ewwel persuna li ħadet żewġ premjijiet Nobel għal xogħol xjentifiku. It-tieni waħda kienet Linus Pauling, li rċieva l-ewwel wieħed għax-xogħol xjentifiku fil-kimika fl-1954 u t-tieni għall-ħidma favur il-paċi fl-1962.

Marie Curie u Henri Poincaré fl-ewwel  Kungress Solvay fl-1911.
Marie Curie u Henri Poincaré fl-ewwel Kungress Solvay fl-1911.

Marie ħadet sehem fl-ewwel Kungress Solvay fl-1911, li laqqa’ bosta fiżiċi famużi, bħal Max Planck, Albert Einstein u Ernest Rutherford, li kienu ħa jbiddlu l-mod kief naraw id-dinja. Kienet l-unika mara li attendiet dan il-Kungress, organizzat u ffinanzjat mill-industrijalist Belġjan, Ernest Solvay.

[editja] L-Istitut tar-Radju

Fl-aħħar ta’ l-1909, il-professur Émile Roux, id-direttur ta’ l-Istitut Pasteur, issuġerixxa li jinħoloq Istitut tar-Radju, dedikat għar-riċerka medika kontra l-cancer u l-kura tiegħu bir-radjoterapija. Minkejja l-fama ta’ Marie Curie minħabba l-Premju Nobel, kellha tistenna sa l-1911 biex tibda x-xogħol tagħha, issussidjata minn Daniel Iffla-Osiris. L-Istitut, f’rue d'Ulm, Pariġi, li llum hu magħruf bħala l-Istitut Marie Curie, fetaħ fl-1914, eżatt qabel bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Ġabar fih żewġ laboratorji ta’ oqsma komplementari : il-laboratorju tal-fiżika u l-kimika, immexxi minn Marie Curie, u l-laboratoju Pasteur, li jikkonċentra fuq ir-radjoterapija, dirett minn Claudius Régaud.

[editja] Il-petites Curies

Meta faqqet il-gwerra, Marie Curie kienet mobilizzata kif kienu l-membri l-oħra ta’ l-Istitut tar-Radju. Flimkien ma’ Antoine Béclère, direttur tas-servizz radjoloġiku ta’ l-armata, ħadet sehem fit-twaqqif ta’ units kiruġiċi mobbli. Waqfet ukoll tmintax-il-vettura tar-radjoloġija imlaqqmin "petites Curie" li ntbagħtu fuq il-front. Fl-Istitut tar-Radju, ħarrġet infirmiera radjoloġisti.

Fl-1916, ħadet il-liċenzja tas-sewqan u kienet tmur regularment fuq il-front biex tieħu r-radjografiji. Irène, li kellha tmintax-il sena biss kienet tagħmel l-istess fl-isptarijiet tal-kampanja matul il-gwerra kollha.

Wara l-gwerra, fl-1918, Marie Curie, setgħet tkompli x-xogħol tagħha fl-Istitut tar-Radju. Bintha Irène saret l-assistenta tagħha. L-Istitut tar-Radju iżjed tard sar l-Istitut Curie.

[editja] Simbolu tal-feminiżmu

Marie Curie u Albert Einstein
Marie Curie u Albert Einstein

Fl-20 ta’ Mejju 1921, waqt l-ewwel vjaġġ tagħha fl-iStati Uniti, setgħet tixtri gramma Radju minn Pittsburgh, wara ġabra ta’ 100 000 dollaru min-nisa Amerikani, organizzata mill-ġurnalista Marie Mattingly Meloney. Fl-1929, reġgħet bil-flus miġbura min-nisa Amerikani, irċeviet gramma Radju oħra, li rregalat lill-Università ta’ Varsavja.

Minħabba li kienet esposta għal radjoattività qawwija, qabditha l-lewċemija u ntbagħtet fis-sanatorju ta’ Sancellemoz f’Haute-Savoie fl-1934. Minkejja l-marda tagħha, kompliet tmexxi is-sezzjoni tal-fiżika u l-kimika fl-Istitut tar-Radju sa mewta.

[editja] Unuri

Fl-20 ta’ April 1995, fuq id-deċizzjoni tal-president François Mitterrand, l-irmied tagħha u ta’ żewġha Pierre Curie tmexxew għall-Panthéon ta’ Pariġi. S’issa għadha l-unika mara onorata fil-Panthéon għall-ħidma tagħha.

Fl-Istitut Curie, Pariġi, inbena l-Mużew Curie fl-istess post fejn ix-xjenzata kienet taħdem sa mewtha. Dan juri l-patrimonju xjentifiku rikk u l-ħajja personali u professjonali tal-familja Curie li rċevew ħames premjijiet Nobel, il-passi kbar fl-istorja tar-radjoattività u l-ġlieda kontra l-cancer.

Xi tifkiriet oħra ġew organizzati :

Karta ta’ 20 000 złoty Polakk
Karta ta’ 20 000 złoty Polakk
  • Ħarġu karti ta’ 500 franc Franċiż u ta’ 20 000 złoty Polakk bix-xbiha ta’ Marie Curie.
  • Ħarġet munita ta’ 100 franc Franċiż bix-xbiha tagħha.
  • Fit-8 ta’ Marzu 2007, l-istazzjon tal-métro Pariġin Pierre Curie bidel l-isem għal Pierre et Marie Curie.
  • L-Université Paris 6, Franza, għandha l-isem Université Pierre et Marie Curie.
  • L-università publika ta’ Lublin, fil-Polonja, għandha l-isem ‘Università Marie Curie-Skłodowska', Uniwersytet Marii Curie-Skłodowskiej w Lublinie[4].
  • L-element atomiku numru 96, skopert fl-1944, isemma Kurju f’unur ta’ Pierre et Marie Curie.
  • Fl-aħħar il-Marie Curie Fellowship Association[5] hu programm ta’ għajnuna għall-mobbiltà ġeografika għar-riċerkaturi żagħżagħ Ewropej.
  • Fl-2006, iz-Zekka ta’ Pariġi ħarġet 500 munita ta’ 20€ tad-deheb, għall-kollezzjonisti.

[editja] Bibljografija

  • Ève Curie, Madame Curie, 1938
  • Marie Curie, Irène Joliot-Curie et Gillette G. Ziegler, Correspondance
  • Marie Curie et Irène Joliot-Curie, Prace Marii Skłodowskiej-Curie
  • Françoise Giroud, Une femme honorable, 1981
  • Xavier Laurent-Petit, Marie Curie, 2005
  • Brigitte Labbé et Michel Puech, Marie Curie, 2006
  • Eve Curie: Madame Curie. Eine Biographie. Fischer, Frankfurt/M. 2003, ISBN 3-596-22243-5.
  • Barbara Goldsmith: Obsessive genius. The inner world of Marie Curie. Weidenfeld & Nicolson, London 2005, ISBN 0-297-84767-8.
  • Peter Ksoll: Marie Curie. Mit Selbstzeugnissen und Bilddokumenten. Rowohlt, Reinbek 2006, ISBN 3-499-50417-0.
  • Jean-Pierre Poirier: Marie Curie et les conquérants de l'atome (1896-2006). Pygmalion, Paris 2006, ISBN 2-7564-0052-1.

[editja] Ħoloq esterni

[editja] Noti

  1. Quid 1989, paġna 1190b.
  2. (Bl-Ingliż) Nobel Laureates Facts
  3. (bit-Taljan) Akkademja Nazzjonali tax-Xjenza Taljana
  4. Sit ta’ l-Università Marie Curie: http://www.umcs.lublin.pl/
  5. Sit ta’ l-għaqda Marie Curie Fellowship Association: http://www.mariecurie.org/
Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com