Omeru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Omeru huwa l-isem li skond it-tradizzjoni jingħata lill-awtur ta' l-Ilijade u l-Odissea, iż-żewġ epiċi ewlenin tal-Greċja l-antika. Xejn mhu magħruf dwar Omeru bħala individwu, tant li hemm punt interrogattiv kbir konness ma' jekk kinitx persuna waħedha li hi responsabbli mill-ħolqien taż-żewġ epiċi. L-argument huwa kontroversjali ferm. Evidenza lingwistika u storika, però, tipponta lejn il-fatt li l-poemi ġew komposti f'xi rħula man-naħa tal-Punent tal-kosta ta' l-Asja Minuri qrib is-seklu disgħa QK.