Akropoli
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
L-Akropli huwa fdal ta' bini, mibni fuq għolja tal-franka, li jiddominha l-belt ta' Ateni, il-Greċja. L-Akropli għandu fih uħud mill-aqwa bini klassiku fid-dinja. Dawn jinkludi l-Partenon, it-tempju ta' Atena Nike, il-Propylaea u l-Eruchtheum.
Werrej |
[editja] Il-Partenon
Il-Partenon huwa tempju Doriku, li nbena fis-sena 447 Q.K. għal Atena, l-alla mara ta' l-għerf.
[editja] Il-Propylaea
Il-Propylaea, hu monument b'diversi livelli li nbena madwar is-sena 437 Q.K., b'irħam abjad fuq disinn ta' Mnesicles. Il-Propylaea għandu strutura ta' sala. Fuq in-naħa ta' barra nsibu żewġ settijiet ta' sitt kolonni Doriċi l-wieħed.
[editja] Eructheum
L-Eructheum huwa msemmi għal Eruchthus, re tal-mitoloġija. Hu wieħed mill-iktar tempji elaborati li ssib fl-Akropli, hu eżempju meraviljuż t'arkitettura Jonika. Il-veranda ta' quddiem hi mżejna b'sitt figuri femminili, il-Caryatids. Dan il-bini nbena fis-sena 407 Q.K.
[editja] It-Tempju ta' Atena Nike
It-Tempju ta' Atena Nike (Atena rebbieħa) nbena fis-sena 420 Q.K. Hu eżempju ċar ta' tempju klassiku, b'kolloni Joniċi u mdawwar bil-burdura man-naħa ta' fuq.
- Il-kumpless ta' l-Akropoli fl-1987 sar Sit ta' Patrimonju Dinji mill-UNESCO.