Caluromys
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Caluromys huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali, eżattament l-opossumi tal-kontinenti Amerikani.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea, fil-familja Didelphidae u fis-sottofamilja Caluromyinae mal-ġeneru Caluromysiops l-unika wieħed li għadu rappreżentat bi speċi ħajja minnbarra Caluromys.
Il-ġeneru Caluromys jiġbor fih 3 speċi ħajjin, imqassmin f' 2 sottoġeneri, Caluromys u Mallodelphys.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Opossum, Didelphimorphia jew Didelphidae)
[editja] Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Caluromys

- Ġeneru Caluromys (J.A. Allen 1900)
- Sottoġeneru Caluromys (J.A. Allen,1900)
- Caluromys philander (Linnaeus,1758)
- Sottoġeneru Mallodelphys (Thomas,1920)
- Caluromys derbianus (Waterhouse,1841)
- Caluromys lanatus (Olfers,1818)
- Sottoġeneru Caluromys (J.A. Allen,1900)
[editja] Referenzi
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.