Derorhynchidae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Derorhynchidae hija familja ta' mammiferi estinti, eżattament l-opossumi jew mammiferi marsupjali qieshom opossumi. Din il-familja qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia u fis-superfamilja Didelphoidea ma' bosta familji oħra (in-numru ta' familji jiddependi mill-iskema ta' klassifikazjoni li wieħed iknu qiegħed isegwi), kemm estinti kif ukoll estanti (li għandhom rappreżentanti ħajjin sal-llum).
Bħalissa il-familja Derorhynchidae tikkonsisti minn ftit speċi miġburin fiż- 2 ġeneri Derorhynchus u Minusculodelphis. Uħud mill-ispeċi fossili f' din il-familja, instabu fuq il-gżira ta' Seymour, tal-Penisula Antartika, fil-formazjoni "La Meseta" ta' l-Eocene nofsani.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum jew Didelphimorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-familja Derorhynchidae
- Familja Derorhynchidae
- Ġeneru Derorhynchus (Paula Couto,1962)
- Derorhynchus singularis (Paula Couto,1962)
- Ġeneru Minusculodelphis (Paula Couto,1962)
- Minusculodelphis minimus (Paula Couto,1962)
- Ġeneru Derorhynchus (Paula Couto,1962)
[editja] Referenzi
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19-20. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.