Incadelphys
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Incadelphys huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali estinti, eżattament l-opossumi. Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea u fil-familja Didelphidae.
Incadelphys huwa ġeneru li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta u għalkemm qiegħed fil-familja Didelphidae il-mammoloġisti għadhom mhumiex ċerti f' liema jew ma' liema sottofamilja ta' opossumi dan huwa relatat l' aktar fil-qrib.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum jew Didelphimorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Incadelphys
- Ġeneru Incadelphys (Marshall & De Muizon,1988) (estint)
- Incadelphys antiquus (Marshall & De Muizon,1988) (estinta)