Kartaġiniżi
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-'Kartaġiniżi kienu n-nies tal-belt ta' Kartaġni, (mill-puniku Qart-Hadasht, li tfisser "Belt Ġdida"). Kartaġni kienet belt fl-Afrika ta' Fuq, fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-għadira Tuneż, ftit il-barra mill-belt moderna ta' Tuneż, fit-Tuniżija.
Madwar is-sena 814 QK, Kartaġni nbniet minn kolonji feniċi mill-belt ta' Tiru, u ġiet dedikata lil alla Melkart. Fil-leġġendi naraw li din il-belt twaqqfet minn Dido, u numru ta' stejjer differenti għadhom ħajjin fil-letteratura griega u Rumana.
L-ewwel snin ta' Kartaġni kienu kkaratterizzati bi problemi bejn is-sidien ta' l-art u s-sidien tal-iġfna. Is-soltu, minħabba d-dipendenza tal-belt fuq il-kummerċ marittimu, is-sidien tal-iġfna kienu jikkontrollaw il-gvern, u matul is-sitt seklu QK, Kartaġni bdiet tiddomnina l-Mediterran tal-Punent. Merkanti u esploraturi waqqfu għaqda kbira ta' rotot kummerċjali, u Kartaġni bdiet issir sinjura u b'saħħita. Fil-bidu tas-6 seklu QK, Hanno in-Navigatur hu maħsub li vjaġġa mad-dawra tal-Afrika, jista' jkun li wasal sa s-Sierra Leone. Sadanittant, taħt mexxej jismu Malchus, il-belt bdiet tiddomina ix-xtut ta' fuq tal-Afrika u l-intern tat-Tuniżija.
Fil-bidu tal-5 seklu QK, Kartaġni kienet iċ-ċentru tal-kummerċ tar-reġjun, pożizzjoni li żammet sakemm il-belt ġiet attakkata u inkorporata fir-Repubblika Rumana, fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika. Kartaġni kienet ħadet il-kolonji l-qodma tal-Feniċi, kolonji bħal Hadrumetum, Utica u Kerkouane, flimkien mat-tribujiet Libjani, b'firxa minn partijiet tal-Marokk sal-fruntiera mal-Eġittu. L-influwenza tagħha kienet xterdet mal-Mediterran kollu, bil-kontroll ta' Sardinja, Malta, il-gżejjer Baleariċi u x-xaqliba tal-punent ta' Sqallija. Wara l-Ewwel Gwerra Punika twaqqfu kolonji f'Iberia (Spanja), l-iktar famuża fostom Kartaġena.
Storja | Portal ta' l-Istorja | Kategorija:Storja |
Storja antika | Storja medjevali | Storja moderna | Storja kontemporanja |