Opossum tal-Patagonja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Opossum tal-Patagonja, Lestodelphys halli
|
||||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||
Lestodelphys halli (Thomas,1921) |
L-Opossum tal-Patagonja, magħruf xjentifikament bħala Lestodelphys halli, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum huwa marsupjal terrestri, adattat għal ħajja ma' l-art u jippreferi jgħix f' abitat ta' artijiet tal-ħaxix subtropikali u tropikali baxxi xotti magħrufin bħala "pampas" (artijiet miftuħa b' ħafna arbuxelli u ħaxix għoli) fejn ikun jista jikkaċċa.
Werrej |
[editja] Deskrizjoni
Opossum tal-Patagonja adult għandu l-pil fin u folt ta' lewn griż skur fuq id-dhar u l-ġnub u ta' ton aktar skur fuq il-wiċċ. L-idejn, is-saqajn, man-naħa ta' taħt taż-żaqq u man-naħa ta'taħt tad-denb u t-tbajja madwar l-għajnejn u l-widnejn huma fl-abjad. Il-widnejn huma żgħar, tondi u ta' lewn il-laħam u naħa ta'fuq tad-denb huwa miksi b' xagħar qasir, fin ta' kulur kannella fil-griż. Ir-raġel ġeneralment ikollu teba' oranġo fuq quddiem mal-gerżuma, waqt li fil-mara t-teba' oranġo tinsab madwar il-bżiezel (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
Lestodelphys halli adult kapaċi jilħaqq 80 gramma u jitwal bejn 13.2 u 14.4 ċentimetri. Id-denb iqsar mil-ġisem (wieħed mil ftit opossumi li għandu denbu iqsar minn ġismu) ikun bejn wieħed u ieħor minn 8.1 sa 9.9 ċentimetri twil, is-saqajn ta' wara jkunu madwar 1.57 u mhux aktar minn 1.77 ċentimetri, filwaqt li 'l-widnejn ikunu bejn 1.8 u 2.2 ċentimetri kbar (Kalafut, 2005; Marshall, 1977; Redford and Eisenberg, 1992).
[editja] Dieta
L-Opossum tal-Patagonja huwa mammiferu marsupjal karnivoru u għalkemm jiekol il-frott u l-insetti meta jkunu disponibbli jidher biċ-ċar li d-dieta tiegħu tibbaża ħafna fuq laħam u tikkonsisti prinċipalment minn għasafar u ġrieden, infatti fost l-opossumi Lestodelphys halli huwa wieħed mill-aktar speċi karnivori. Opossum tal-Patagonja ta' 70 gramma ġie rrapurtat li kien kapaċi jiekol ġurdien ta' 35 gramma (Marshall, 1977; Nowak, 1999; Redford and Eisenberg, 1992) .
[editja] Distribuzjoni
Lestodelphys halli għandu distribuzjoni żgħira li qegħda dejjem tiċkien fil-pajjiż tal-Arġentina biss u nfatti huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż u jinsab partikolarment fil-"pampas" tal-Patagonja f' Chubet, Mendoza, Neuquen, Rio Negro, u Santa Cruz.L-Opossum tal-Patagonja huwa l' aktar speċi ta' marsupjal li jgħix daqshekk l' isfel fin-Nofs in-nhar (Marshall 1977).
[editja] Riproduzjoni
Fuq l-Opossum tal-Patagonja hemm ftit li xejn informazjoni pero, peress li jgħix f' żoni temperati huwa maħsub li jirriproduċi staġunalment jew fi żminijiet limitati matul is-sena. Il-mara ta'din l-ispeċi ma għandix marsupju bħal ħafna speċi marsupjali oħra u jkollha 19 "mammae" jew żejżiet (Redford and Eisenberg, 1992).
[editja] Klassifikazjoni
[editja] Referenzi
- Kalafut, M. 2005. Accessed November 01, 2006 at "Genus Lestodelphys".
- Macdonald, D. 2001. The Encyclopedia of Mammals. Oxfordshire, United Kingdom: Andromedia Oxford Limited.
- Marshall, L. 1977. Mammalian Species. University of California, Berkeley: The American Society of Mammalogists.
- Martin, G. 2005. Intraspecific variation in Lestodelphys halli (Marsupialia: Didelphimorphia). Journal of Mammalogy, 86/4: "793-802". Accessed November 28, 2006 at http://www.bioone.org/perlserv/?request=get-document&issn=1545-1542&volume=086....
- Redford, K., J. Eisenberg. 1992. Mammals of the Neotropics - The Southern Cone Volume 2. United States of America: University of Chicago Press.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- Nowak, Ronald M.: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899
- The Paleobiology Database.
[editja] Link Esterni
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Lestodelphys halli In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Animal Diversity Web: informazjoni fuq Lestodelphys halli.
- Tassonomija tal-Mammiferi.