Pawlu minn Tarsu
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
San Pawl l-Appostlu (oriġinarjament Sawlu ta' Tarsu) jew Pawlu ta' Tarsu hu karattru prinċipali fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-Kristjaneżmu. Ħafna Kristjani jarawh bħala interpretu eċċellenti tat-tagħlim ta' Ġesù. Pawlu hu deskritt fit-Testment il-Ġdid bħala Lhudi Elleniżat u ċittadin Ruman minn Tarsu, hu kien jippersegwita ħafna l-Kristjani qabel ma kkonverta fuq it-Triq lejn Damasku.
L-ewwel sforzi tiegħu kienu, permezz ta' ittri u omeliji, li juri l-komunitajiet pagani li Alla t' Abraham hu għal kulħadd, mhux għal-Lhud biss;
Pawlu hu venerat bħala qaddis minn kull Knisja li tonora l-qaddisin, inkluża dik Kattoliku Rumana, Ortodossa u Anglikana, kif ukoll xi setet Luterani. Hu pprova u rnexxielu jagħmel ħafna biex idaħħal il-Kristjaneżmu fost il-pagani u hu kkunsidrat bħala l-ideatur ta' ħafna raġunamenti u ideoloġiji kbar. L-Ittri tiegħu huma l-bażi portanti tat-Testment il-Ġdid għax jamplifikaw u jfissru ħafna mit-tagħlim ta' Ġesù. Xi wħud jgħidu li kien hu li rnexxielu jbiddel il-Kristjaneżmu f'reliġjon, biex ma baqgħetx setta tal-Ġudaiżmu.