Preistorja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Preistorja (Latin præ = qabel u Grieg στορία = storja) huwa terminu użat biex jiddeskrivi dak iż-żmien qabel ma' l-bniedem tgħallem jikteb u għaldaqstant huwa dak iż-żmien qabel l-istorja miktuba. Kien Paul Tournal li oriġinarjament ħareġ bit-terminu Pré-historique biex jiddiskrievi l-iskoperti tiegħu fl-għerien fin-nofsinhar ta' Franza. Bdiet tiġi użata fil-Lingwa Franċiża għall-ħabta ta' l-1830 biex tiddeskrivi dak iż-żmien qabel il-kelma miktuba, u ġiet introdotta fil-Lingwa Ingliża minn Daniel Wilson fl-1851.
Fuq in-nies li għexu f'dan iż-żmien ftit li xejn nafu, għaliex l-uniku ħjiel tal-ħajja ta' dawn in-nies hija biss mill-fdalijiet li nstabu bħal għadam, fuħħar, tinqix fuq il-ġebel, għodod, bini u ħwejjeġ oħra. Iż-żmien tal-preistorja Maltija jinqasam fin-Neolitiku (jew Żmien il-Ħaġar),fi Żmien il-Bronż u fi żmien it-tempji.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |