Trojja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Trojja hija belt ta' Greċja l-Qadima, 6.5km (jew 4mili) 'il bogħod mill-Baħar Eġew u tagħti għad-Dardanelli, fil-Majjistral ta' l-Asja Minuri (it-Turkija tal-lum). Twaqqfet fi Żmien il-Bronż, aktarx fis-sena 3000 qK, u b'kollox instab li għaddiet minn disa' fażijiet sa żmien ir-Rumani.
Din il-belt kienet il-fus li ddur madwarha l-Gwerra ta' Trojja msemmija fl-epiċi ta' Omeru. Il-Griegi ta' dik l-era kienu jagħfuha bħala Ilium, isem li jmur lura għall-fundatur tagħha Ilus, iben Tros, mnejn l-isem Trojja tnissel.
Trojja, li għandha sfumatura leġġendarja, dlonk tfakkarna fiż-Żiemel ta' Trojja. L-episodju marbut miegħu jappartieni lill-mit li jdur madwar il-Gwerra ta' Trojja hekk kif irrakkuntat fil-poema epika Latina l-Enejide mill-pinna ta' Virġilju. Wara għaxar snin jassedjaw il-belt ta' Trojja, il-Griegi ħarġu bi pjan mill-iktar inġenjuż: bnew żiemel ta' l-injam ġgantesk.