Fwied
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-fwied huwa organu li jinsab fil-vertebrati. Għandu rwol importanti ħafna fejn jidħol il-metaboliżmu u għandu bosta funzjonijiet oħra relatati mad-ditossifikazjoni ta' drogi, mal-ħażna ta' glikoġenu (en: glycogen) u s-sintesi tal-proteini li jinsabu fid-demm u l-plażma. Il-fwied jipproduċi wkoll l-imrar (en: bile), li għandu importanza kbira fejn tidħol id-diġestjoni, partikolarment taż-żjut u xaħmijiet oħra. It-termini mediċi relatati mal-fwied bosta drabi jibdew bil-prefiss ħepato- jew ħepatiku, li ġejja mill-kelma Griega hepar li tfisser fwied.
![]() |
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Categories: Stub | Organi | Abdome | Sistema diġestiva