Pika
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Piki |
||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||
Il-Piki (singular "Pika") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liepri (jew kif jissejħu wkoll il-Leporidi). L-ispeċi kollha ta' piki qegħdin miġbura f'ġeneru 1 biss; Ochotona.
Il-Piki jissejħu wkoll fniek tal-ġebel jew fniek tal-ħaġar u l-isem liepri li jsaffru jirreferi għalihom ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu. L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma "piika" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa "pikat'", li tfisser "twerżieqa".
Il-Piki huma nativi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant. Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu). Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.Ochotona princeps u Ochotona collaris) huma asoċjali jew solitarji.
Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa. Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana. Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Pika Alpina, Ochotona alpina
- Pika tal-fidda, Ochotona argentata
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni
- Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Pika Amerikana, Ochotona princeps
- Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
- Pika tal-isteppe, Ochotona pusilla
- Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens
- Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Conothoa: Piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis
- Pika ta' Glover, Ochotona gloveri
- Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana
- Pika ta' Ili, Ochotona iliensis
- Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi
- Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis
- Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis
- Pika ta' Muli, Ochotona muliensis
- Pika sewda, Ochotona nigritia
- Pika ta' Royle, Ochotona roylei
- Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
[editja] Links Esterni
- Reuters story on CNN.com: "American pika seen headed toward extinction"
- The Trek of the Pika "A story complete with sounds of pika calls"