Fenek
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fniek |
||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
|
||||||||||||||||
Il-Fniek huma mammiferi żgħar tal-familja Leporidae ta' l-ordni Lagomorpha, mifruxa mal-biċċa l-kbira tad-dinja. Hemm 10 ġeneri differenti li jiklassifikaw bħala fniek, għalkemm uħud minn dawn magħrufa bħala liepri bl-ismijiet komuni.
L-aktar ġeneru ta' suċċess bl-akbar numru ta' speċi huwa Sylvilagus il-fniek ta' denbhom qotni li hemm madwar 16-il speċi. L-aktar speċi komuni hija l-Fenek Ewropew (Oryctolagus cuniculus) u fost l-aktar rari, ristretti ġeografikament u fil-periklu t'estinzjoni hemm il-Fenek tax-xmara (Bunolagus monticularis) ta' l-Afrika, l-Fenek tal-vulkan (Romerolagus diazi) tal-Messiku u l-Fenek ta' Amami (Pentalagus furnessi) tal-Ġappun. L-iżgħar speċi hija l-Fenek pigmew (Brachylagus idahoensis) ta' l-Amerika ta' fuq u fost l-isbaħ hemm iż-2 speċi ta' fniek bl-istrixxi tal-ġeneru Nesolagus. Fost il-partikolaritajiet insibu l-Fenek ta' Bunyoro (Poelagus marjorita) fejn il-ġenitali ta' l-irġiel u n-nisa minn barra għandhom l-istess forma u l-4 speċi tal-ġeneri Pronolagus u Caprolagus li għalkemm ħafna drabi jissejħu liepri dawn huma fniek.
Dawn l-ispeċi ta' fniek, flimkien mal-liepri tal-ġeneru Lepus u l-piki, jiffurmaw l-ordni kollu Lagomorpha.
Id-differenza prinċipali bejn il-fniek u l-liepri hija l-mod kif jitwieldu ż-żrameġ. Waqt li ż-żrameġ tal-liepri jitwieldu b'għajnejhom miftuħa, miksijin bil-pil u ferm attivi minn ftit żmien wara li jaraw id-dawl, dawk tal-fniek jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dippendenti fuq l-omm. Differenzi oħra b' eċċezjonijiet żgħar minn uħud mill-ispeċi huma li l-fniek normalment huma iċken, għandhom widnejn iqsar, ma għandhomx marki suwed fil-pil (eż. it-truf tal-widnejn u d-denb) u jgħixu f'bejtiet taħt l-art, fejn fil-każ tal-liepri meta jagħmlu l-bejta din tkun vera sempliċi u ssir f'wiċċ l-art, qalb il-ħaxix għoli.
[editja] Klassifikazjoni
Il-fniek (flimkien mal-liepri) darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Rodentia (ir-rodituri) fis-sottordni Duplicidentata dan sal-1912, meta ġew mifruda u wara miġbura flimkien mal-piki fl-ordni Lagomorpha għalihom biss.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Pika Alpina, Ochotona alpina
- Pika tal-fidda, Ochotona argentata
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni
- Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Pika Amerikana, Ochotona princeps
- Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis
- Sottoġeneru Ochotona: Piki tal-isteppe
- Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
- Pika tal-isteppe, Ochotona pusilla
- Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens
- Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Conothoa: Piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis
- Pika ta' Glover, Ochotona gloveri
- Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana
- Pika ta' Ili, Ochotona iliensis
- Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi
- Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis
- Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis
- Pika ta' Muli, Ochotona muliensis
- Pika sewda, Ochotona nigritia
- Pika ta' Royle, Ochotona roylei
- Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Prolagidae (maħsuba estinta)
- Ġeneru Prolagus (maħsub estint)
- Prolagus sardus (maħsuba estinta)
- Ġeneru Prolagus (maħsub estint)
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Caprolaginae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Romerolagini
- Ġeneru Brachylagus
- Ġeneru Romerolagus
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru incertae sedis
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Sottoġeneru Poecilolagus
- Sottoġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Liepru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed, Lepus californicus
- Liepru tal-ġnub bojod jew Fenek ħmar tal-ġnub bojod, Lepus callotis
- Liepru ta' Kap, Lepus capensis
- Liepru ta' Tehuantepec jew Fenek ħmar ta' Tehuantepec, Lepus flavigularis
- Liepru iswed jew Fenek ħmar iswed, Lepus insularis
- Liepru tax-xagħri, Lepus saxatilis
- Liepru tad-deżert jew Liepru tar-ramel, Lepus tibetanus
- Liepru ta' Tolai, Lepus tolai
- Sottoġeneru Eulagos
- Liepru xkupa, Lepus castroviejoi
- Liepru ta' Yunnan, Lepus comus
- Liepru Korejan, Lepus coreanus
- Liepru Taljan jew Liepru Korsikan, Lepus corsicanus
- Liepru Ewropew, Lepus europaeus
- Liepru ta' Granada, Lepus granatensis
- Liepru Manċurjan, Lepus mandshuricus
- Liepru sufi, Lepus oiostolus
- Liepru tal-altipjan ta' l-Etjopja, Lepus starcki
- Liepru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad, Lepus townsendii
- Sottoġeneru Sabanalagus
- Sottoġeneru Indolagus
- Sottoġeneru Sinolagus
- Sottoġeneru Tarimolagus
- Ġeneru Nesolagus
- Ġeneru Oryctolagus
- Ġeneru Poelagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek tal-imsaġar mistgħadra, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek tax-xagħri mistgħadra, Sylvilagus palustris
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach, Sylvilagus obscurus
- Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Sottoġeneru Microlagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Lepus
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-801-88221-4.
[editja] Link Esterni
- http://www.rabbit.org/ House Rabbit Society: An international nonprofit organization that rescues rabbits and educates the public on rabbit care and behavior.
- http://www.muridae.com/rabbits/rabbittalk.html The Language of Lagomorphs
- http://www.bunniwerks.org/symbols.htm Rabbits as Cultural Symbols in Narrative
- http://www.bunniwerks.org/lore.htm Rabbits as Archetypal Symbols in Literature