Venere (pjaneta)
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artilku huwa dwar Venere, Pjaneta. Għal figura storika tal-alla mara Rumana mur Venere (mitoloġija). Għal sinifikati oħrajn mur Venere (disambigwitajiet).
Dan il-Pjaneta huwa msemmi għall-alla mara Rumana ta' l-Imħabba. Minħabba li hu ftit biss iżgħar mill-Art iżda jinstab iżjed viċin tax-Xemx, qabel kienu jaħsbu li Venere kienet xi ġenna tropikali; infatti hu infern tropikali b'temperaturi esaġerati, atmosfera qattiela u xita tal-aċtu. Venere hija l-eqreb pjaneta tad-Dinja. Bħal ma huwa Merkurju, Venere ma jkun qatt 'il bogħod ħafna mix-Xemx. Filgħodu kmieni u filgħaxijiet, jiddi brillantament fuq ix-Xefaq; Venere hi ħafna drabi msejħa 'il-Kewba ta' Filgħodu'. Apparti mix-Xemx, u l-Qamar, Venere hija l-iktar ħaġa brillanti li nistgħu naraw fis-sema.
Sal-lum bosta titjiriet spazjali ntbgħatu lejn Venere, ħafna minnhom b'suċċess. Fost il-missjonijiet fl-ispazju għal din l-eqreb pjaneta tagħna hemm:
Il-Mariner 2 (Stati Uniti ta' l-Amerika) (1962)
Il-Mariner 5 (Stati Uniti ta' l-Amerika) (1967)
Venera 5-6-8 (eks Unjoni Sovjetika) (1968-1970)
L-iktar vettura spazjli reċenti hija l-Magellan tan-Nasa Amerikana, li rnexxilha timmappa 99% ta' wiċċ il-pjaneta.
[editja] Struttura u kompożizzjoni
L-istruttura interna ta' Venere hija wisq probabbli simili ħafna ta' dik tal-Art,b'qalba tan-nikel u ħadid imdawra b'mantle tas-silicate. Ma jidhirx li Venere għandha ġibda manjetika qawwija ħafna. Dan jista' jkun minħabba li ddur bil-mod ħafna fuq l-assi tagħha, fil-fatt, Venere tieħu biss 243 jum biex ddur 360º, jew inkella jista' jkun li minħabba li m'għandhiex qalba likwida esterna. Barra li hija bil-mod ħafna ir-rotazzjoni ta' Venere hija retrograda--fid-direzzjoni opposta tal-Pjaneta l-oħra (bl-eċċezzjoni ta' Uranju) u l-pożizzjoni opposta ta' kif idur max-Xemx. Kawża ta' dan jista' jkun li kienet impatt enormi li soffra l-Pjaneta matul l-istorja bikrija tiegħu, iżda l-ebda evidenza ta' dan m'għadha ġiet skoperta.
[editja] Atmosfera Qattiela
L-atmosfera ta' Venere hija ħoxna immens, din testendi minn 250 km (155 mil) 'il fuq mis-superfiċi , u hija 96.5% dijossidu karboniku (Carbon Dioxide) b'ammonti ċkejkin ta' nitroġenu u traċċi żgħar ta gassijiet oħrajn. Id-dijossidu karboniku ġie prodott mill-attivita' vulkanika li kien hemm fuq wiċċ Venere fl-istadji bikrin ta' l-istorja tagħha. Id-dijossidu karboniku huwa gass li jżomm ir-radjazzjoni tar-raġġi tax-Xemx milli toħroġ mill-atmosfera, iktar komuni magħruf bħala l-Effet Serra! Wiċċ Venere huwa tant jaħraq illi kull tip ta' xita (ix-xita fuq Venere hija magħmula minn aċtu tal-Kubrit (sulfer) tiġi vvaporizzata qabel ma tilħaq l-art. Jinstabu madwar 30 km (19-il mil) ta' arja ċara 'l fuq mill-art. imbagħad ċpar li jwassal sal-bidu tal-istrat tas-sħab! Il-pressa tal-atmosfera ta' Venere hija 90 darba iktar minn dik ta' l-Jiġifieri jekk Astronawta jipprova jinżel fuqu jiġi mgħaffeġ minnufih! L-istrat tas-sħab fuq Venere jżommna milli naraw wiċċu iżda b'tekniki moderni li jużaw il-lażer, illum nistgħu naraw 99% tal-kompożizzjoni tagħha. Għamliet Vulkaniċi jiddomidaw fuq wiċċ Venere. Relattivament xgħajriet Vulkaniċi ċatti jgħattu 85% tal-wiċċ. maqsumha minn kanali jserrpu tal-lava. L-itwal Kanal huwa l-Baltis Vallis, li jestendi sa 6,800 km (4,200 mil). L-iktar vulkani komuni fuq Venere huma dawk li għandhom Għamla kważi ċirkulari (għat-tond). Vulkani li jitkejlu minn 20 u 100 km (12 u 600 mil)fid-dijametru ta' spiss ikollhom depożiti distintivi ta' radjazzjoni mormija minn riħ ċentrali tal-lava.
L-Għoljiet ewlenija ta' Venere (biex insejħulhom hekk) huma l-Isthar Terra u Aphrodite Terra. Ta' l-ewwel tinstab fl-emisfera tan-nofsinhar tal-pjaneta waqt lil Aphrodite Terra nsibuha fil-parti t'isfel tal-Pjaneta. Fuq Venere ma narawx krateri daqs kemm naraw fuq il-qamar jew fuq il-Pjaneta Merkurju. Dan għaliex il-kwantità kbira ta' attività Vulkanika li għandha Venere.
Is-Sistema Solari |
---|
Xemx · Merkurju · Venere · Art · Marte · Ġove · Saturno · Uranju · Nettunu · |
Qmura - Asterojdi: Faxxa prinċipali, Faxxa ta' Kuiper, Nube ta' Oort - Kometi - Stillel l-iktar viċin |