Saturnu (pjaneta)
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Saturnu | |||
Karatteristiċi orbitali (Epoka J2000) | |||
---|---|---|---|
Semiassi maġġur | 1.426.725.413 km 9,53707032 UA |
||
Ċirkonferenza tal-orbita | 8.958.000.000 km 59,879 UA |
||
Eċċentriċità | 0,05415060 | ||
Perjelju | 1.349.467.375 km 9,02063224 UA |
||
Afelju | 1.503.983.449 km 10,05350840 UA |
||
P. tar-rivoluzjoni siderali | 10.757,7365 giorni (29,45 snin) |
||
P. tar-rivoluzioni sinodika | 378,09 jum | ||
Veloċità orbitali medja | 9,638 km/s | ||
Veloċità orbitali massima | 10,182 km/s | ||
Veloċità orbitali minima | 9,136 km/s | ||
Inklinazjoni tal-orbita | 2,48446° (5,51° għall- ekwatur tax-Xemx) |
||
Lonġitudni tal- għoqda axxendenti |
113,71504° | ||
Satelliti naturali magħrufa |
33 | ||
Karatteristiċi fisiċi | |||
Dijametru ekwatorjali | 120.536 km [1] (9,449 l-Art) |
||
Dijametru polari | 108.728 km (8,552 darba daqs l-Art) |
||
Skjaċċament fil-poli | 0,09796 | ||
Area tal-wiċċ | 4,27×1010 km2 (83,703 darba daqs l-Art) |
||
Volum | 7,46×1014 km3 (688,79 darba daqs l-Art) |
||
Massa | 5,6846×1026 kg (95,162 darba daqs l-Art) |
||
Densità medija | 0,6873 g/cm3 (anqas mill-ilma) |
||
Gravità superfiċjali (fl-ekwatur) |
8,96 m/s2 (0,914 g) |
||
Velocità tal-ħarba | 35,49 km/s | ||
Perijodu tar-rotazzjoni | 0,444009 giorni (10 h 39 min 25 s) |
||
Velocità tar-rotazzjoni (fl-ekwatur) |
35,535,59 km/h | ||
Inklinazzjoni tal-assi | 26,73° | ||
Albedu | 0,47 | ||
Temperatura medja tas-sħab |
93 K | ||
Temperatura medja tal-wiċċ |
|
||
Karatteristiċi atmosferiċi | |||
Pressjoni atmosferika | 140 kPa | ||
Idroġenu | >93% | ||
Elju | >5% | ||
Metanu | 0.2% | ||
Fwar tal-ilma | 0.1% | ||
Ammonjaka | 0.01% | ||
Etan | 0.0005% | ||
Fosfina | 0.0001% |
Saturnu huwa is-sitt pjaneta mix-Xemx. Huwa ġgant gassus, it-tieni l-ikbar pjaneta fis-sistema solari kollha, qablu jiġi Ġove. Saturnu għandu sistema ta' ċrieki prominenti, li prinċipjalment huma komposti minn partiċelli ta' silġ b'ammonti iċken ta' partiċelli ta' trab ġebli. Il-pjaneta ġie msemmi għall-alla Ruman Saturnu. Is-simbolu tiegħu huwa il-minġel ta' l-istess divinità. (Unicode:).
Werrej |
[editja] Parametri orbitali
Template:Ara wkoll
Il-forma ta’ Saturnu hija viżibilment mgħaffġa fil-poli: id-dijametri ekwatorjali u polari ivarjaw kważi b'10% (120.536 km kontra 108.728 km). Din il-forma hija riżultat tar-rotazzjoni mgħaġġla tiegħu u l-kompożizzjoni fluwida tiegħu, għaldaqstant faċli biex jiddeforma. Anki il-ġganti gassusi l-oħra huma ddeformati bl-istess mod, iżda b’manjiera ħafna inqas evidenti. Saturnu huwa wkoll dak il-pjaneta b’densità medja inqas minn dik ta' l-ilma: biss 0,69 g/cm3. Fis-sewwa il-valur medju hu kumbinazzjoni ta’ densitajiet baxxi ħafna, fl-atmosfera tal-pjaneta, u densitajiet aktar elevati fl-intern, sikurament aktar mill-ilma.
Saturnu jorbita madwar ix-Xemx f'distanza medja ta' 1426,98 miljuni ta' km, u jdum ma jagħmel dawra sħiħa max-Xemx f'29,458 sena terrestri. L-orbita tiegħu hija inklinata 2,488° rispett l-eklittika. Dawl ix-Xemx jidher 100 darba inqas intens meta jiġi mqabbel mal-kejl effettwat mill-Art.
B'massa ta' 95 darba aktar u volum ta' 700 darba aktar minn dak terrestri, Saturnu huwa it-tieni l-akbar pjaneta tas-sistema solari wara Ġove. L-assi tar-rotazioni hu inklinat għal 26,73 gradi, u jirregola il-pjaneta għal ċiklu ta' staġuni analogu għal dak terrestri u marzjan, iżda ħafna aktar twil.
Il-perjodu tar-rotazjoni ta' Saturnu fuqu nnifsu ivvarja skond il-kwota; l-istrati superjuri, fir-regjuni ekwatorjali, jieħdu 10,233 siegħa biex iwwetqu dawra kompluta, waqt li l-qalba u l-mantell idduru f'10,675 siegħa.
[editja] Atmosfera
Template:Ara wkoll
L-atmosfera ta' Saturnu turi affarijiet simili għal dik ta' Ġove, iżda ħafna iktar dghajfa u iżjed wiesgħa viċin l-ekwatur. Dawn l-oġġetti huma tant dgħajfa li qatt ma kienu ġew oservati qabel il-wasla tas-sondi Voyager. Minn dak iż-żmien it-teleskopji ta' l-Art tjiebu ħafna, li osservazjonijiet regulari tal-karatteristiċi atmosferiċi ta' Saturnu jistgħu issiru faċilment. Filfatt instabu tempesti ovali ta' ħajja twila simili għal dik ta' Ġove. Fil- 1990 it-Teleskopju Spazjali Hubble osservata sħaba (nube) bajda enorme viċin l-ekwatur tal-pjaneta, u oħra kienet osservata fl-1994.
[editja] Ċrieki Manjetiċi
Iċ-ċrieki ta' Saturnu huma magħmula minn partiċelli primarjament ta' silġ-ilmi. Huma magħmula wkoll minn oġġetti kbar għexieren ta' metri. Dawn jestendu 'l barra darbtejn daqs ir-radju ta' Saturnu. Saturnu għandu tliet ċrieki prinċipali: A,B u Ċ, li bejnithom il-partiċelli huma madwar 1 ċm u 5-10 m. A u B huma isseparati mid-diviżjoni ta' Cassini, li kienu innutati l-ewwel darba fl-1675. Huwa maħsub li d-diviżijoni ta' Cassini kienet ikkawżata minn effett gravitazzjonali ta' qamar ta' Saturnu Mimas. Id-diviżjoni hija qasma ta' xi, bejn wieħed u ieħor, 5,000 km (3,000 mil). Skrutinju minn qrib il-pjaneta minn Voyager 1 juru li din il-qasma hija mimlija minn partiċelli fini u kwantità ta' ċrieki dgħajfa.
[editja] Ċirku A
Dan iċ-ċirku għandu sensiela kbira ta' ċriketti, u qasmiet, fosthom insibu il-Fetħa ta' Enke, li hija 325 km- (200 mil) wisgħa. Din il-fetħa, jew qasma hija osservabbli anki b'teleskopji amatorjali.
[editja] Ċirku B
Dan huwa l-iżjed wieħed li jiddi miċ-ċrieki kollha, fil-parti ċentrali ta' dan iċ-ċirku insibu 'spkes'-li huma mkejjen mudlama, fejn plasma ta' partiċelli huma imtella' 'l hemm minn għelieqi manjetiċi, mill-pjan taċ-ċirku stess .
[editja] Ċirku Ċ
Iċ-ċirku Ċ jinsab ġewwa ċ-ċirku B stess. Dan iċ-ċirku għandu għamla ta' kanali u hu magħmul minn ħafna ċrieket ċkejkna. Fl-1980, Voyager 1 innota ftit ċrieki joħorġu 'l barra minn ċirku Ċ u jespandu, dawn jibqaw ħerġin sa ma jiffurmaw iċ-ċirku D.
[editja] Ċirku E
Dan iċ-ċirku hu viżibbli meta tħares lejn iċ-ċrieki b'mod partikolari. Il-materjal ta' dan iċ-ċirku jinsab biswit il-qamar Enkeladu, u dan il-qamar jista' jkun is-sors ewlieni tal-materjal li jinsab f'ċirku E.
[editja] Ċirku F
Dan kien skopert minn Pioneer II fl-1979. Dan kien l-ibgħad ċirku mill-pjaneta Saturnu qabel ma' ġie skopert l-aħħar ċirku, (G), hu ċirku fin u huwa magħmul primarjament minn trab. Żewġ qmura zgħar jiraw l-F: Prometeju u Pandora. Ta' l-ewwel jorbita Saturnu ġoċ-ċirku stess, waqt li Pandora tinsab barra, il-perturbazzjonijiet gravitazzjonali ta' dawn il-qmura iżommu il-granelli ta' trab tas-silġ ġoċ-ċirku
[editja] Ċirku G
L-iktar ċirku reċenti li ġie skopert huwa G, huwa dejjaq, xi 8,000 km (5,000mil). Kien skopert mill-vettura spazjali Voyager fl-1981.
[editja] Qmura ta' Saturnu
Saturnu għandu 22 qmura magħrufa. Ħafna minnhom jinsabu ġewwa iċ-ċrieki.
L-akbar qamar ta' Saturnu, Titanju, kien skopert fl-1655 minn Christian Huygens. Huwa it-tieni l-kbar qamar fis-sistema solari, huwa l-uniku wieħed li għandu atmosfera (predominanti hu l-ammont ta' nitroġenu bi traċċi ta' idrocarbonju). Fl-2004 il-vettura spazjali Cassini kienet mibgħuta biex tinvestiga x'hemm moħbi wara s-sħab ta' Titanju. Hu maħsub li jista' jkun li jinsabu traċċi ta' Metanu likwidu fuq wiċċ Titanju, sors ta' Metanu misjub fl-atmosfera. Il-bqija tal-qmura ta' Saturnu jistgħu jiġu maqsuma f'żewġ gruppi: dawk ċkejknin u ddeformati u l-oħrajn ta' daqs ittermedju kesħin. Hemm 10 qmura zgħar imsemmija. Sitta minnhom jinfluwenzaw is-sistema taċ-ċrieki kollha inklużi Pan u Atlas li jgħinu biex tkun krejata d-diviżjoni Enċke fiċ-ċirku A. Fobe huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-qmura, u jorbita ma' Saturnu f'distanza ta' iktar minn 12,000,000 km (7,000,000 mil).
Fost il-qmura ta' daqs intermedju jinsabu Mimas, Enkeladus, Tetis, Dione, Rea, u Ipetu. Rea hija l-ikbar minn dan il-grupp u hija gravament imħafra. Ipetu huwa inużwali b'tarf skur u emisfera dijuża.
[editja] Links esterni
Template:Sisterlinks
- NASA's Saturn fact sheet
- NASA's Cassini mission to Saturn
- Change of seasons on Saturn
- Theoretical description of the rings of Saturn
- A Trip Into Space Desċrizzjoni u ritratti ta' Saturnu
- Planets - Saturn Gwida ta' Saturnu għat-tfal.
- Cassini: Titan Behind Rings of Saturn
Is-Sistema Solari |
---|
Xemx · Merkurju · Venere · Art · Marte · Ġove · Saturnu · Uranju · Nettunu |
Qmura - Asterojdi: Faxxa prinċipali, Faxxa ta' Kuiper, Nube ta' Oort - Kometi - Stillel l-iktar viċin - Pjaneti Nani |